-
-
Il-Knisja f’Malta tifraħ lill-Mons. Joseph Galea-Curmi għall-ħatra mill-Papa Franġisku bħala l-Isqof Awżiljarju l-ġdid ta’ Malta.
Deskritt min-Nunzju Appostoliku Alessandro D’Errico bħala saċerdot bi kwalitajiet umani u pastorali, fl-ewwel messaġġ tiegħu bħala Isqof-elett, Mons. Galea-Curmi qal li ser iwettaq din il-missjoni episkopali “b’sens ta’ qadi u servizz kbir”. Qal li bħala isqof jixtieq jenfasizza dwar kemm hi importanti li ngħożżu l-ħajja u li ngħixuha b’ħafna mħabba. Nemmnu li dan il-messaġġ ser ikun il-qofol mhux biss tal-motto li ser jagħżel imma wkoll tal-episkopat tiegħu.
Għalhekk, f’dan iż-żmien sabiħ għall-Knisja Kattolika f’Malta, il-komunità Nisranija hi mħeġġa tingħaqad fit‑talb għall‑Isqof-elett biex imnebbaħ mill-Ispirtu s-Santu, il‑Mulej jagħtih l‑għajnuna u l-qawwa f’din ir-responsabbiltà ġdida. Dan waqt li jkompli jkun ta’ għajnuna għall-Arċisqof Charles J. Scicluna permezz tal-ħidma pastorali li jwettaq fl-Arċidjoċesi.
Agħfas hawn biex tara waqtiet mit-tħabbira tan-nomina tal-Isqof Joseph Galea-Curmi.