-
Indirizz
90, Triq Tal-Virtù, Rabat RBT 2604
-
Telefon
2145 5497
-
Website
-
Email
-
Għan tas-Seminarju
Is-Seminarji riedhom il-Konċilju ta’ Trentu fis-seklu XVI għall-edukazzjoni tal-kandidati għas-saċerdozju. Il-Konċilju Vatikan II insista li “fis-seminarji l-edukazzjoni kollha tal-kandidati għas-saċerdozju bħala skop irid ikollha li tagħmel dawn il-kandidati rgħajja tal-erwieħ b’xebħ ma’ Kristu, l-imgħallem, is-saċerdot u r-ragħaj”.
F’Malta l-edukazzjoni tas-saċerdoti djoċesani tingħata fis-Seminarju tal-Kbar u mill-Fakulta tat-Teoloġija fl-Universita ta’ Malta. Is-Seminarju jagħti formazzjoni umana, spiritwali u pastorali, filwaqt li l-Fakultà tat-Teoloġija tieħu ħsieb l-formazzjoni akkademika.
Storja
Fl-1575, tnax-il sena wara l-aħħar sessjoni tal-Konċilju ta’ Trentu, Mons. Dusina, Viżitatur Appostoliku f’Malta, iddekreta l-bini ta’ Seminarju. L-Isfijiet ippruvaw kemm-il darba jiftħu Seminarju, iżda biss fil-25 ta’ Marzu 1703 l-Isqof Davide Cocco Palmieri seta’ jilqa’ l-ewwel seminaristi fil-bini li ħejja għalihom fl-Imdina.
Is-Seminarju baqa’ l-Imdina sal-1723 meta l-Isqof Gaspare Mancini, bil-permess tas-Santa Sede, ħa s-Seminarju fil-Belt, iżda fl-1728, fuq ix-xewqa tal-Isqof Fra Paolo Alpheran de Bussan, is-Seminarju reġa’ tela’ l-Imdina fejn kien imbena Seminarju ġdid bil-flus tal-isqof u l-Gran Mastru Antonio Manoel de Vilhena. Il-bini l-ġdid infetaħ fl-20 ta’ Mejju 1742 u llum hemm miġbur fih il-Mużew tal-Katidral. L-Isqof Gaetano Pace Forno ħa s-Seminarju fil-Casa di Manresa, li fl-imgħoddi kienet dar tal-irtiri f’idejn il-Ġiżwiti; dan ġara fl-1858 u saret riforma sħiħa fil-kurrikulu tal-istudji. Is-Seminarju Maġġuri baqa’ l-Furjana sal-1910, meta reġa’ ttieħed lura lejn l-Imdina fuq direttiva tal-Viżitatur Appostoliku il-Kard. Pietro la Fontaine. Iżda fl-1921 l-Isqof Caruana reġa’ niżżel is-Seminarju fil-Furjana. Is-Seminarju Minuri li sa l-1892 kien l-Imdina niżel ukoll il-Furjana dik is-sena u baqa’ hemm sal-1977.
Fit-Tieni Gwerra Dinjijia, is-Seminarju ntlaqat tliet darbiet u ġarrab ħsarat kbar; saru ħafna tiswijiet u l-post ġie rinovat, iżda l-ambjent u l-post fih innifsu ma kinux aktar adatti għall-edukazzjoni li tintalab miż-żminijiet tal-lum. Kien hemm ħsieb li jinbena Seminarju ġdid, iżda fl-aħħar, fil-15 ta’ Novembru 1977, instabet soluzzjoni aħjar, meta Mons. Ġużeppi Mercieca, l-Arċisqof ta’ Malta biddel fis-Seminarju tal-Arċidjoċesi, il-Kulleġġ Mater Admirabilis li qabel kien it-Training College għal “teachers” nisa, immexxi mis-Sorijiet tas-Sacred Heart.
Fis-27 ta’ Mejju 1990, il-Papa Ġwanni Pawlu II għamel żjara lis-Seminarju waqt iż-żjara pastorali tiegħu f’Malta. F’Ottubru 1999 saret Viżta Appostolika mill-Isqof Vincent Logan. Fl-2003 ġie ċelebrat it-tielet ċentinarju mit-twaqqif tas-Seminarju. Għal dan l-avveniment il-Kardinal Angelo Sodano, Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, bagħat messaġġ f’isem il-Papa Ġwanni Pawlu II. Fl-istess sena ġiet ippubblikata l-istorja tas-Seminarju, For Service Alone, kitba tar-Rev. Mons. Frans Bonnici.
-
Seminarju Maġġuri
-
Rettur
Rev. Dr Jimmy Bonnici S.Th.D. (Greg.)
-
Viċi-Rettur
Rev. Dr Carlo Calleja S.Th.D. (Coll. Bost.)
-
Direttur Spiritwali
Rev. Prof. Mark Sultana Ph.D. (Greg.)
-
Staff Mhux Residenzjali
Direttur Spiritwali – Rev. Dun Sebastjan Caruana S.Th.B.
Direttur Spiritwali – Rev. Dun Josef Mifsud S.Th.B, S.Th.L.
Formazzjoni Umana – Rev. Dun Dunstan Xuereb B.Psych., S.Th.L.
-
Psikologu
Rev. Dr Paul Galea, M.S.Th., Lic. Psych., Ph.D.
-
Surmast tal-Mużika
Rev. Dun Aurelio Mulé Stagno SDB
-
Direttur tal-Vokazzjonijiet
Rev. Kan. James Saydon S.Th.B, S.Th.L.
Assistent Direttur tal-Vokazzjonijiet
Rev. Dun Jean Claude Schembri S.Th.B, M.Th.
CEO
Sur Claudio Farrugia MBA
Uffiċjal Amministrattiv
Sa Emma Gatt BSc
-
Kap Segretarjat u Riżorsi Umani
Sa Maryrose Azzopardi SDC
Uffiċjal tal-Ospitalità
Ms Lorraine Schembri
Kumitat tal-Librerija tas-Seminarju u tal-Fondazzjoni għall-Istudju Teoloġiċi
Rev. Dr Jonathan Farrugia, Ċerpersin
Sa Cecilia Grech-Marguerat, Segretarja
Sa Dora Castorina, Librara
Rev. Dr Carlo Calleja, Rappreżentant tar-Rettur tas-Seminarju
Rev. Dr Christopher Caruana OP, Rappreżentant tal-Fondazzjoni
Rappreżentant tal-Istudenti -
Is-Seminarju Minuri
Indirizz
90, Triq Tal-Virtù, Tal-Virtù, ir-Rabat RBT 2604
Telefon
Tel. 2748 3000
Indirizzè
Websajt
Pubblikazzjoni
Seminarium, (Editur: Rev. Kan. Mark Ellul)
-
Is-Seminarju Minuri hu skola li tibda mil-livell primarju u tibqa’ sejra sa dak sekondarju. Timxi skont il-Kurrikulu Nazzjonali. Madankollu, minħabba li hi skola tal-Knisja tagħti enfasi akbar lill-valuri tal-Vanġelu u tfittex l-iżvilupp ħolistiku tal-istudenti.
L-iskola tipprovdi ambjent fejn kull student ikun indukrat fil-bżonnijiet akkademiċi kif ukoll spiritwali tiegħu. Minkejja li l-istudent jibqa’ dejjem fil-libertà assoluta, l-iskola tagħmel minn kollox biex l-istudent jagħraf x’inhi s-sejħa speċifika tiegħu. L-iskola torganizza laqgħat u live-ins biex tgħin fid-dixxerniment vokazzjonali.
Staff Amministrattiv
Kap tal-Iskola
Rev. Kan. Mark Ellul B.Ed. (Hons) Chemistry & Biology, B.A. (Theology & Human Studies), S.Th.B., M.Sc. (Educational Leadership), PhD Candidate
Deputat Kap tal-Primarja
Dr Mark Farrugia B.Ed. (Hons) Physical Education & EMY, M.Sc. (Educational Leadership), PhD
-
Deputat Kap tas-Sekondarja
Sur Gordon Baldacchino B.Ed. (Hons) Mathematics & EMY, Dip. Cs.Ed., ALCM, MA Educational Leadership
Assistent Kap tal-Primarja
Sur Pierre Bellia B.Ed. (Hons) Computer Studies & IT, M.A. Catholic School Leadership
Sa Dulcinea Mifsud B.Ed. (Hons) Primary Specialisation, M.Ed.(Open)
Sur Mark Saliba B.Ed. Physical Education, M.A. (reading) Education Leadership
-
Assistent Kap tas-Sekondarja
Sur Leonard Grixti B.Ed. (Hons) Italian & EMY, M.A. (Youth and Community Studies), PG Dip. In Counselling
Sa Elaine Gerada Gatt B.A. English & Sociology, M.A. Islands & Small States, PGCE in teacher mentoring, MA Leadership
Sur Neville Brincau B.Ed. Physics & Mathematics, PGCE in teacher mentoring, MA Catholic School Leadership
-
Koordinatur tal-Kura Pastorali
Sur David Grillo B.A. (Psychology & Maltese), Dip. Gest Psychotherapy, M.A. (Birmingham) Psychotherapy & Counselling, E.C.P.
INCO
Sa Charlotte Schembri B.Sc. (Hons) Psychology, M.Ed. (Equality & Diversity), Dip. In Counselling, P.G. Dip. In Family Therapy & Systemic Practice
-
Residential Counselling Psychologist
Dr Stephanie Borg Bartolo B.Psy (Hons), Doctorate in Counselling Psychology (Teesside University)
-
Residential Educational Psychologist
Sa Clare Cassar B.Psy., M. Psy. (Educ)
Family & Play Therapist
Sa Tivona Vella
Kappillan & Assistent Direttur tal-Vokazzjonijet
Rev. Dun Jean Claude Schembri S.Th.B, M.Th.
Direttur tal-Vokazzjonijet & Viċi-Kappillan
Rev. Kan. James Saydon S.Th.B, S.Th.L.
CEO
Sur Claudio Farrugia MBA
Uffiċjal Amministrattiv
Sa Emma Gatt BSc
Kap Segretarjat u Riżorsi Umani
Sa Mary Rose Azzopardi SDC
-
Segretarji
Sa Carmen Calvagna
Sa Suzanne Muscat Drago
Sa Maria Lewis
Sa Yolanda M Camilleri
L-Istaff jinkludi wkoll 78 għalliem, 75 Learning Support Assistants, Librar, 4 Tekniċi, u 33 support staff.
3