Indirizz
Missio, 7, Triq Merkanti, Valletta VLT 1171
Missio, 150, Triq Gafà, Mosta MST 4128
Missio, 7, Triq l-Imgħallem, ir-Rabat, Għawdex VCT 9066
Telefown
2123 6962
Website
Ħinijiet tal-Uffiċċju
Il-Belt Valletta u Għawdex: mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mid-9.00am sas-1.00pm.
Il-Mosta: mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mit-8.30am sal-4.00pm.
Missio Malta hija l-fergħa tal-gżejjer Maltin tal-Opri Missjunarji Pontifiċji u hija l-aġenzija uffiċjali ta’ għajnuna għall-missjoni tal-Papa u l-Knisja Kattolika, li tkompli l-missjoni ta’ Ġesù Kristu fid-dinja. Missio jaħdem mal-missjunarji u l-komunitajiet biex jappoġġja, jagħti l-ħajja u d-dinjità, filwaqt li jsejjaħ lin-nies kollha tad-dinja għall-fidi, il-ġustizzja u l-imħabba. Missio jaħdem ma’ komunitajiet barra minn xtutna biex iġib it-tama tal-Evanġelju, u l-bżonnijiet spiritwali u materjali f’uħud mill-aktar żoni inospitabbli, foqra u inċerti fid-dinja. Missio, permezz ta’ Opri Missjunarji Pontifiċji oħra, jilħaq aktar minn 160 pajjiż u jappoġġja proġetti f’1,100 djoċesi f’ħames kontinenti. Ilkoll flimkien iwieġbu s-sejħa biex iħobbu lil Alla u jħobbu lill-proxxmu, jaħdmu sabiex jaqdu nies fil-bżonn irrispettivament mir-razza, reliġjon jew status, jaġixxu għall-ġustizzja, u jappoġġjaw programmi u proġetti ta’ żvilupp. Biex jipprovdi għall-bżonnijiet differenti f’komunitajiet vulnerabbli, Missio jaħdem fuq erba’ oqsma ewlenin: L-Opra tal-Propagazzjoni tal-Fidi, L-Opra ta’ San Pietru Appostlu, L-Għaqda tat-Tfal għall-Missjoni u L-Unjoni Pontifiċja Missjunarja.
“Jiena ġejt biex ikollhom il-ħajja, u ħajja bil-kotra.” (Ġwanni 10:10)
Direttur Nazzjonali
Dun Victor Agius
Email: [email protected]
Segretarju Nazzjonali u Kap tal-Komunikazzjonijiet u Ġbir ta’ Fondi
Robert Farrugia
Email: [email protected]
Teżorier u Kap tal-Amministrazzjoni u Finanzi
Mario Scicluna
Email: [email protected]
Editrici ta’ Malta Missjunarja u Tfal Missjunarji
Koordinatriċi ta’ Tfal Missjunarji
Nancy Camilleri
Email: [email protected]