Liturġija

Il-Pjan Pastorali 1986-91 ried li jkun hemm Segretarjat għal-Liturġija biex jieħu ħsieb li f’kull parroċċa jkun hemm Kummissjoni Liturġika u jara li l-abbatini, il-letturi u l-animaturi l-oħra tal-liturġija jkollhom formazzjoni tajba. Is-Segretarjat twaqqaf b’digriet tat-3 ta’ Diċembru 1986, imbagħad b’digriet ieħor, fis-26 ta’ Marzu 1988, ta direttivi dwar l-istruttura u l-kompetenzi tas-Segretarjat. B’digriet maħruġ fis-16 ta’ Diċembru 2002, ma’ dan is-Segretarjat ġew affiljati diversi Kummissjonijiet.

B’digriet maħruġ fit-8 ta’ Awwissu 2023, l-Arċisqof Charles Scicluna ħatar lil Mons. Jesmond Manicaro bħala l-ewwel Vigarju Episkopali għal-Liturġija.

Vigarjat Episkopali għal-Liturġija

Vigarju Episkopali

Mons. Jesmond Manicaro

Telefon

2590 6215

Imejl

[email protected]

Membri

Kan. Stephen Attard

Mons. Michael Bugeja (ex-officio)

Kummissjoni Arti Sagra

L-għanijiet tal-Kummissjoni huma li ġġib ’il quddiem l-Arti Sagra u l-apprezzament tagħha u l-edukazzjoni fiha. Tara wkoll li opri ġodda fil-knejjes isiru biss fejn meħtieġa jew pastoralment utli, u li jkunu ta’ livell artistiku xieraq. Il-laqgħat tal-Kummissjoni jitmexxew mill-Arċisqof Charles Scicluna u jsiru erba’ darbiet f’sena.

Membri

Mons. Jesmond Manicaro, Chairperson

Dun Charles Bugeja, Segretarju

Mons. Claude Portelli

Perit Andrew Ellul

Perit Andrew Scicluna

Sa Agatha Grima

Sur Hilary Spiteri

Monsinjur Louis Suban (rappreżentant tal-Kulleġġ tal-Kappillani)

Kummissjoni għat-Traduzzjoni tat-Testi Liturġiċi

L-għan tal-Kummissjoni hu li tħejji u tippubblika t-traduzzjoni tal-Kotba Liturġiċi u tħejji testi liturġiċi oħra għad-djoċesijiet ta’ Malta u Għawdex. Bħalissa din il-Kummissjoni qed titmexxa mill-Arċisqof Emeritu Mons. George Frendo, OP u tiltaqa’ darba fil-ġimgħa.

Membri

Kan. Stephen Attard

Dun Nazju Borg (Djoċesi ta’ Għawdex)

Mons. Michael Bugeja

Mons. Jesmond Manicaro

Mons. Paul C. Vella

Kummissjoni għall-Formazzjoni Permanenti tal-Kleru u l-Lajċi

L-għanijiet tal-Kummissjoni huma li

  • b’kollaborazzjoni mas-Segretarjat għall-Kleru torganizza minn żmien għal żmien kors ta’ aġġornament liturġiku għall-kleru djoċesan u reliġjuż,
  • li b’kollaborazzjoni mal-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali torganizza korsijiet ta’ formazzjoni liturġika, b’mod speċjali għal-lajċi, fuq bażi djoċesana u parrokkjali.
Responsabbli

Kan. Stephen Attard

Uffiċċju taċ-Ċelebrazzjonijiet tal-Arċisqof

L-għanijiet tal-Uffiċċju huma li jħejji ċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi u para-liturġiċi li fihom jippresiedi jew jassisti l-Arċisqof, kif ukoll ċelebrazzjonijiet djoċesani. Jieħu ħsieb ukoll il-pubblikazzjoni tal-kotba meħtieġa kemm għall-użu miċ-ċelebrant u mill-ġemgħa liturġika.

Responsabbli

Mons. Michael Bugeja, Ċerimonjier Djoċesan u oħrajn li jkunu involuti f’ċelebrazzjonijiet partikolari, f’postijiet u f’okkażjonijiet differenti minn żmien għal żmien.

Kummissjoni għall-Mużika Sagra

L-għanijiet tal-Kummissjoni huma:

  • li ġġib ’il quddiem il-mużika sagra fl-Arċidjoċesi, b’mod li l-komunità nisranija jkollha repertorju varjat għaċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi differenti u tara li jkunu esegwiti b’mod xieraq;
  • li tipproponi repertorju djoċesan ta’ mużika u innijiet sagri għad-djoċesi ta’ Malta;
  • li tgħin biex jimxu ’l quddiem il-korijiet parrokkjali, l-aktar billi tħarreġ id-diretturi tal-korijiet u tara wkoll kif tingħata formazzjoni liturġika ġenwina lill-mużiċisti u lill-kanturi.
  • flimkien maċ-ċerimonjier tagħżel u tħejji l-kant xieraq għaċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi fil-katidrali u f’ċelebrazzjonijiet liturġiċi jew para-liturġiċi djoċesani.

Responsabbli

Mro Christopher Muscat