-
-
Il-Qalb bla tebgħa ta’ Marija – Festa
San Luqa 2:41-51
Ta’ kull sena l-ġenituri ta’ Ġesù kienu jmorru Ġerusalemm għall-festa tal-Għid. Meta kellu tnax-il sena, telgħu, kif kienet id-drawwa, għall-Festa. U wara li għaddew dawk il-jiem, huma u sejrin lura, it-tifel Ġesù baqa’ Ġerusalemm bla ma kienu jafu l-ġenituri tiegħu. Billi ħasbuh qiegħed ma’ dawk li kienu fit-triq magħhom, baqgħu mexjin jum sħiħ, imbagħad bdew ifittxuh fost qrabathom u n-nies li huma kienu jafu. Iżda billi ma sabuhx, reġgħu lura Ġerusalemm ifittxuh.
Wara tlitt ijiem sabuh fit-Tempju, bilqiegħda f’nofs il-għorrief, jismagħhom u jistaqsihom; u kull min semgħu baqa’ mistagħġeb bid-dehen u t-tweġibiet tiegħu. Kif rawh, stamtu, ommu qaltlu: “Ibni, għaliex għamiltilna hekk? Ara, missierek u jien konna qegħdin infittxuk b’qalbna maqsuma!”
U hu qalilhom: “Il-għala kontu qegħdin tfittxuni? Ma tafux li jiena jeħtieġli nkun f’dak li hu ta’ Missieri?” Iżda huma ma fehmuhiex il-kelma li qalilhom. Imbagħad niżel magħhom u reġa’ ġie Nazaret; u kien joqgħod għalihom.