-
-
San Mark 8:11-13
F’dak iż-żmien, ġew il-Fariżej u bdew iħaqquha ma’ Ġesù; u, biex iġarrbuh, talbuh sinjal mis-sema.
Hu tniehed tnehida fih innifsu u qal: “Għalfejn irid sinjal dan in-nisel? Tassew ngħidilkom, ebda sinjal ma jingħatalu dan in-nisel”.
U telaqhom, raġa’ tala’ fuq id-dgħajsa u mar ix-xatt l-ieħor.