Santa Marija Maddalena – Festa
Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: Għan 3, 1-4a
Salm: 62 , 2-6.8-9
L-Evanġelju: Ġw 20,1-2.11-18
Jien l-ewwel jum tal-ġimgħa, filgħodu kmieni kif kien għadu d-dlam, u Marjam ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar.
Marjam baqgħet ’il barra mill-qabar, tibki. Kif kienet qiegħda tibki tbaxxiet lejn il-qabar, u rat żewġ anġli libsin l-abjad, bilqiegħda, wieħed in-naħa tar-ras u l-ieħor in-naħa tar-riġlejn fejn qabel kien hemm il-ġisem ta’ Ġesù. Huma qalulha: “Mara, għalfejn qiegħda, tibki?” Hi wieġbet: “Għax ħadu ’l Sidi, u ma nafx fejn qegħduh.” Kif qalet hekk, daret lura u rat lil Ġesù wieqaf, iżda ma ntebħitx li kien Ġesù.
Ġesù qalilha: “Mara, għalfejn qiegħda tibki? Lil min qiegħdha tfittex? Hi ħasbet li kien il-ġennien, u qaltlu: “Sidi, jekk neħħejtu int minn hawn, għidli fejn qegħedtu, u jiena nġibu lura.” Ġesù weġibha: “Marjam!” Hi daret u qaltlu: “Rabbuni!”, jiġifieri, Mgħallem. Ġesù qalilha: “Ħallini, għax għadni ma tlajtx għand Missieri; imma mur għand ħuti u għidilhom li sa nitla’ għand Missieri u Missierkom, Alla tiegħi u Alla tagħkom.”
Marjam minn Magdala marret għand id-dixxipli tagħtihom l-aħbar: “Rajt il-Mulej u tani dil-bxara.”