-
-
Il-Knisja f’Malta għaddejja b’ħidma sabiex sa sitt xhur oħra Dar Ġesù Nazzarenu fiż-Żejtun tkun tista’ tibda tilqa’ vittmi ta’ vjolenza domestika. Dan ix-xelter, immexxi mill-Fondazzjoni Sebħ, mistenni jiswa madwar €500,000.
Dan ix-xelter fil-kunvent tas-sorijiet ser jilqa’ 33 persuna bejn ommijiet u tfal li għaddew minn esperjenza ta’ vjolenza domestika u li ħadu d-deċiżjoni kuraġġjuża li jimxu ’l quddiem. Minbarra li tieħu ħsieb it-tfal fid-djar residenzjali tal-Knisja, il-Fondazzjoni Sebħ tgħin ukoll lil dawn il-famiji biex jerġgħu jibnu ħajjithom u jiksbu l-indipendenza tagħhom.
Fil-preżent, ix-xelter jinsab f’Dar Qalb ta’ Ġesù fil-Ħamrun u se jiġi trasferit għal ġod-dar taż-Żejtun minħabba li fil-ġimgħat li ġejjin se jibdew ix-xogħlijiet strutturali biex il-proprjetà tal-Knisja fil-Ħamrun tinbidel f’kumpless għall-kura paljattiva, immexxija mill-Hospice Malta.
Agħfas hawn biex tara l-filmat tax-xogħlijiet u tgħin biex dan il-proġett jitwettaq.