Qari tal-jum
L-Ewwel Qari: 2 Sam 7:18-19,24-29
Salm: 131 (132):1-2,3-5,11,12,13-14
L-Evanġelju: Mark 4:21-25
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-folla: “Jaqaw il-musbieħ iġibuh biex iqegħduh taħt is-siegħ jew taħt is-sodda? Mhux fuq l-imnara jqegħduh? Għax ma hemm xejn moħbi jekk mhux biex jingħaraf, u xejn ma hu mistur jekk mhux biex jinġieb għad-dawl. Jekk hawn min għandu widnejn biex jisma’, ħa jisma’!”. U qalilhom: “Oqogħdu attenti x’tisimgħu! Bl-istess kejl li tkejlu intom jitkejjel lilkom, u jingħatalkom iżjed ukoll. Għax min għandu, jingħatalu; u min ma għandux, jitteħidlu saħansitra dak li għandu”.
Qaddisa tal-jum: Sta Anġela Meriċi, verġni