• ***

    Direttur:          Scott Frank
    Atturi:             Liam Neeson, Dan Stevens, Boyd Holbrook, Sebastian Roche, Whitney Able, Stephanie Andujar, Olafur Darri Olafsson, David Harbour u Eric Nelsen
    Ħin tal-Film:    115 min
     
    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA:                 15
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:                      18       
     
    Matthew Schudder, illum –il gurnata jaħdem bħala investigatur privat. Kien hemm żmien meta kien jifforma parti mill-korp  tal-pulizija ġewwa New York.  L-istorja tal-film teħodna fis-sena 1991 meta Shudder, bħala pulizja,  kien involut f’inċident fatali meta sfortunatament qatel tifla waqt li kien qiegħed jipprova jaqbad żewġ kriminali li kienu qatlu raġel f’ħanut tax-xorb. Minn dak inhar, Shudder ħalla l-korp tal-pulizija u beda jagħmel xogħol ta’ investigatur privat. L-istorja tal-film teħodna għas-sena 1999 meta Shudder jintalab jaqbad żewġ assassini li kienu kemm ħatfu  l-mara ta’ Kenny, wieħed  mill-barunijiet ta’ droga u għalkemm ħallas is-somma ta’ rahan li kienu talbu, il-mara instabet maqtula u mqatta biċċiet, ippakjata ġewwa boot ta’ karozza. Dawn il-qattiela bla qalb kienu tassew morda minn moħħhom biex waslu jagħmlu dan id-delitt faħxi. Kien il-pjaċir tagħhom li jaħtfu n-nisa ta’ barunijet tad-droga u wara li jkunu stagħnew bis-somma flus li kienu daħlu qatt ma kienu lesti li jagħtu lura ħajjin dawn in-nisa lil żwieġhom. Il-pulizija kellha biċċa xogħol iebsa fuq idejha u qatt ma rrnexxielha taqbad min kienu. Shudder f’dan il-każ ġie mitlub  l-għajnuna tiegħu. Shudder fl-invetigazzjoni li beda jagħmel sab tarf li setgħa jwasslu biex jikxef min kienu dawn il-monstri. Il-qagħda tkompli tiħrax meta tfajla  ta’ tlettax –il sena, bint  baruni ieħor tad-droga, tinħataf u għal darb’oħra jintalab rahan. Kif sejjer Shudder ikompli jgħaqqad it-trufijiet u jsib min kienu dawn il-qattiela? Biex jagħmel dan ħa f’idejh in-negozjati ma’ dawk li ħatfu t-tfajla. Tgħid  jirnexxielhu jsib tarf ta’ din il-problema serja?

    Film triler Amerikan msejjes fuq in-novella ta’ Lawrence Block, inkiteb għal fuq il-liżar taċ-ċinema mid-Direttur Scott Frank. Il-protoganista tal-film, Matthew Shudder, li darba kien alkoholiku japplika fix-xogħol tiegħu ta’ investigatur privat, il-programm li jintuża’ għal min irid joħrog mill-problema tax-xorb: perseveranza, maħfra u twemmin f’qawwa ikbar li t-tajjeb jirbaħ żgur fuq il-ħażin. Minħabba li l-film fih vjolenza qawwija u mdemmija, kliem goff kif ukoll użu ta’ droga, ikun tajjeb li l-film jarawh il-kbar biss.