• Direttur: Gabriel Aghion
    Atturi: Josianne Balasko, Nathalie Baye, Maire Gillain, Vincent Elbaz, Claude Gensac, Yves Renier, Said Taghmaoui u Armelle                            
    Ħin tal-Film: 105 min
    Maħruġ minn KRS Releasing Ltd
     
    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 15
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 18
     
    Patsy Stone għandha gilba għax-xorb alkolħoliku waqt li Edina Monsoon hi ossessjonata mill-ħxuna tagħha. Illum it-tnejn waslu għall-eta’ ta’ sittin sena u għadhom iriduha bħala femministi li xejn ma jitkellmu tajjeb fuq ix-xogħol ġeneralment assoċjat għall-mara fosthom it-tisjir u l-kura tat-tfal. Dan il-fenominu kien qawwi ħafna fis-snin sittin u sebgħin u  għalihom huwa biss nostalġija. Edina kienet miżżewwġa u saret omm ta’ tifla ħelwa, Bachelor. Issa li tinsab iddivorzjata  qegħda tgħix fuq il-ġid ta’ żewġha li kien għadu jgħix magħha u li għadu jgħix perpetawament  bħala Chantal Goya. Minnaħa l-ohra Patsy ippreferiet li tibqa’ xebba u independenti, tgħix fil-ġiri ma’ irġiel, jiġi minn jiġi. Kollox kellu jinbidel  għal Patsy meta din tiġi akkużata li qatlet lil Kate Moss waqt riċeviment meta tefgħatha fix-xmara Thames. Riżultat  dan l-inċident, Patsy u Edina sabu ruħhom  fuq il-media kollha, televiżjoni, gazzetti,  radju, barra li t-tnejn  kienu ippersegwitati kontinwament mill-paparazzi. Ma kellhomx alternativa oħra ħlief jħallu Londra u jmorru jieħdu kenn fir-Riviera Franciża.  L-idea tagħhom kienet li jibqgħu jgħixu hemmhekk peramanenti. X’jiġri minn hawn? X’kien ġara minn Kate Moss?
    Film Brittaniku, kummiedja, taħt id-direzzjoni ta’ Mandie Fletcher, kitba ta’ Jennifer Saunders,  hu msejjes fuq spettaklu televiżiv. Niltaqgħu ma’ żewġ nisa, Patsy u Edina li għalkemm it-tnejn għandhom qrib is-sittin sena, għadhom igħixu ħajja mtajjra,  b’moħħhom fuq xallar, f’dinja ta’ moda. Minħabba l-istil ta’ ħajja bla kont, mimlija ċajt goff, xorb bla rażan li ma tantx huma ta’ mudell għaż-żgħażagħ,  ikun tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu t-tmintax–il sena.