F’dan l-episodju nitkellmu dwar l-ekonomija u r-relevanza tagħha fil-ħajja tan-Nisrani. Jiġi diskuss fejn hemm qbil u fejn hemm diverġenza bejn it-tagħlim soċjali tal-Knisja u xi mudelli tal-ekonomija sekulari. Kif tidħol il-fidi fid-deċiżjonijiet ekonomiċi?

 🎙️ Mistiedna

Clarissa Micallef
Maria Giulia Pace

 🎙️ Preżentaturi

Emma Lanzon – Malta Catholic Youth Network
Mark Cachia – Kummissjoni Ġustizzja u Paċi


Aħseb u Ara hu podcast imtella’ mill-Malta Catholic Youth Network (MCYN) u l-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi. Dan il-progett hu frott ta’ kollaborazzjoni li bdiet fl-2021 u wasslet għar-riċerka Youth Engagement Study, li saret fl-istess sena.

L-għan ta’ dawn il-podcasts hu li niddiskutu temi mit-tagħlim soċjali tal-Knisja. Filwaqt li hemm element ta’ informazzjoni f’kull episodju, iż-żewġ entitajiet xtaqu li dawn it-temi jiġu diskussi f’ambjent ta’ konversazzjoni relevanti għaż-żgħażagħ. Għalhekk iż-żewġ mistiedna huma żgħażagħ li jaqsmu l-esperjenzi tagħhom.