-
-
****
Direttur: Will Gluck
Atturi: Quvenzhane’ Wallis, Cameron Diaz, Jamie Foxx
Ħin: 118 minuti
Klassifika tal-Gvern: U
Klassifika tal-Knisja: UAnnie hija tifla ffosterjatha, ferrieħija u li fl-istess waqt hija kuraġġuża, tant li ma tiddejjaqx tiġri fit-toroq ta’ New York. Meta kienet għadha tarbija l-ġenituri tagħha telqgħuha, għalkemm wegħdu li jerġgħu jiġu għaliha xi darba. Minn dak iż-żmien ħajjitha kienet diffiċli ma Miss Hannigan, l-omm li ffosterjatha u li hi qalbha ħażina. Iżda xortiha tmur għall-aħjar meta Will Stacks, negozjant kbir u kandidat għal sindku ta’ New York, fuq parir ta’ l-assisstenta tiegħu Grace u l-manager tal-kampanja eletteroli tiegħu Guy, biex iżid il-popularita’ tiegħu jieħu lil Annie taħt il-kura tiegħu. Stacks jippretendi li sar l-anġlu kustodju ta’ Annie, iżda l-karattru tagħha li hija żgura minnha nnifisha u li dejjem tħares b’mod pożittiv lejn il-ħajja, għandu mnejn jagħmel lilha l-anġlu kustodju ta’ Sacks.
Film drammatiku u kummiedja. Huwa verżjoni ġdida tal-musical li kien ħareġ fl-1981 ibbażat fuq dramm ta’ fuq il-palk bl-istess isem. Quvenzhane’ Wallis taqla’ l-parti tagħha tajjeb ħafna, kif ukoll jagħmlu l-atturi l-oħra. Huwa film ħelu u interessanti, b’mużika u kanzunetti sbieħ. Huwa film għal familja kollha. Fih xi kliem ftit goff. Jgħodd għal kullħadd. -
-