L-ewwel attività għall-Aspiranti Maltin (Yr 9-11) saret fl-iskola St Michael nhar is-Sibt 25 ta’ Jannar 2025. F’atmosfera ferriħija, dawn l-adolexxenti ħasbu u talbu fuq it-tema: Kemm għandek żmien? Alla jislifna ż-żmien biex jirnexxielna niltaqgħu miegħu u nsiru nħobbuh aktar. Wara l-parti formali, kien hemm ħin għall-ikel u logħob flimkien. Nirringrazzjaw lil Alla!
Sors: Is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija – sdcmuseum.org