Logo

    • Il-logo uffiċċjali tal-Ġublew tal-Ħniena huwa ddisinjat ta’ Fr Marko Rupnik SJ, u juri lil Ġesù bħala r-Ragħaj it-Tajjeb li qed jerfa’ fuq spallejh lir-ruħ mitlufa, raffigurata fil-persuna ta’ Adam.  B’dan juri li hija l-imħabba ta’ Kristu li twassal fi tmiemu l-misteru tal-Inkarnazzjoni li jilħaq il-milja tiegħu fl-opra tal-Fidwa.

      Ta’ min jinnota li l-għajn tal-lemin ta’ Kristu hija mwaħħda ma’ dik tax-xellug ta’ Adam.  Dan juri li bil-Ħniena ta’ Alla, Kristu u l-bniedem jaraw minn għajnejn ta’ xulxin.

      Il-kliem tal-motto li jidher fuq ix-xellug tal-logo huwa, “Inħennu bħall-Missier”