-
-
***
Direttur: Jalmari Helander
Atturi: Samuel L. Jackson, Onni Tommilla, Felicity Huffman, Victor Garber, Ted Levine, Jim Broadbent u Ray Stevenson
Ħin tal-Film: 90 min
Klassifika taċ-Ċensura: PG
Klassifika tal-Knisja: PG
Meta l-ajruplan presidenzjali, Air Force One, bil-President tal-Amerika, William Allan Moore abbord, jitwaqqa’ mit-terroristi, jħalli lill-President mitluf waħdu f’nofs forresta ġewwa Finland. L-uniku persuna fl-inħawi, f’dan il-post diżabitat, kien tifel ta’ tlettax –il sena, Oskari, li kien jinsab fil-foresta fuq missjoni ta’ kaċċa biex juri lil-qraba tiegħu li issa kien matur biżżejjed biex jibda jmur għal kaċċa waħdu. L-għan tiegħu kien li jaqbad ċerv iżda issa sab ruħhu li minnflok ċerv isib f’kapsula l-iktar bniedem importanti fid-dinja. Hekk kif it-terroristi jinsabu joqorbu biex jaħtfu lill- President, li għalihom kien tassew “Big Game”, l-uffiċċjali ġewwa l-Pentagon kienu qegħdin iħabblu rashom kif sejrin jagħmlu biex mhux biss ikunu jafu fejn kien jinsab il-President, iżda wkoll kif sejrin isibuh u jsalvawh. Ma’ dawn, fil-Pantagon kien hemm il-Viċi President, id-Direttur tas-CIA u Herbert li darba kien imexxi is-CIA u li ntalab li jkun preżenti bħala konsulent. Minn banda l-oħra, kienet sfida serja kemm għal Oskari kif ukoll għal President, biex mhux biss jeħilsu mill-periklu serju li t-terroristi kienu qegħdin joffru, iżda wkoll kif Oskari kien sejjer joħroġ ta’ raġel u juri li issa sar immatura u jista’ jiġi afdat. Fil-post fejn missieru kien ippontalu, isib li kien hemm kaxxa ta’ friżer u fiha kien hemm ras ta’ ċerv. Oskari kien ġa jinsab fi svantaġġ minħabba l-fatt li missieru kien magħruf sew. Ma jdumux Oskari u l-President li ma jsirux jafu li dak li kien ġara’ kien riżultat ta’ komplott minn ġewwa li ppjana Morris, membru tas-Servizz Sigriet, qrib il-President. Morris xejn ma kien kuntent bil-President u ried li jeħles minnu billi daħħal fil-komplott it-terrorista Hazar.
X’jistgħu jagħmlu Oskari u l-President Moore biex jgħelbu din l-isfida serja għas-sigurta’ tal-Amerika?Film Finlandiż, mimli azzjoni taħt id-direzzjoni ta’ Jalmari Helander hu msejjes fuq ktieb bl-istess isem. Minħabba xi xeni li jistghu jimpressjonaw lit-tfal, ikun tajjeb li dawn ikunu akkumpanjati minnxi adult.