• ***

     
    Direttur: Kevin Macdonald
    Atturi: Jude Law, Scoot McNairy, Karl Davies, Konstantin Khabensky, Grioiriy Dobrygin, Tobias Menzies, Ben Mendelsohn u Jodie Whittaker
    Bin tal-Film: 115 min.
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 15
    Klassifika tal-Knisja: 15
     
    Robinson, kaptan tas-sottomarin, sfortunatament, is-sejħa biex ibaħħar swietlu ħafna. Tletin sena ta’ tbaħħir swietlu l-imħabba ta’ martu Chrissy u ta’ binhom. Meta l-kumpanija tas- salvataġġ li kien jaħdem magħha għall-ħdax –il sena, b’dedikazzjoni kbira ttih is-sensja, Robinson isib ruħhu mitluf. Meta jisma’ Ii f’qiegħ il-Baħar l-Iswed kien hemm sottomarin Ġermaniż, mimli deheb u li qegħreq fiż-żmien it-Tieni Gwerra Dinjija, Robinson jħoss li għandu jerġa’ juri li kien għadu kapaċi li jidħol għal din il-missjoni. Assigurat minn Daniels li l-missjoni kienet sejra tkun finanzjata, Robinson jirnexxielu jgħaqqad ċorma ta’ bahħrin,  Ingliżi u Russi, biex jippruvaw ittellgħu dan it-teżor mill-qiegħ. Akkumpanjat minn Daniels,  l-uniku Amerikan, Robinson kien kostrett li żżomm għajnejh fuq dawk li kienu qegħdin jiffinanzjaw din il-missjoni. Is-sottomarin qadim Russu li rnexxielhom  jakkwistaw kien konsidrat li kien tajjeb biex ibaħħar. Iċ-ċorma Russa kienet taħt it-tmexxija ta’ Blackie, bniedem mgħoni b’sens komun, Lavchenko, bniedem prammatiku u l-formidabbli  Zaytsev. Iċ-ċorma Ngliża kienet tinkludi lil Fraser, bniedem volatili, il-veteran Peters, Reynolds li kien jirrimarka b’mod punġenti w Tobin li Robinson ħass li kellu jieħdu taħt il-ħarsien tiegħu. Hekk kif is-sottomarin jinżel fil-qiegħ ifittex it-teżor , Robinson u ċ-ċorma baħrin kellhom joqogħdu attenti li l-flotta Russa fil-Bahar l-Iswed ma tintebaħx bihom u ttellfilhom l-opportunita`  li jsibu d-deheb biex hekk jaqsmuh bejniethom. Iżda x’jiġri hekk fuq abbord jinħoloq disgwid u r-regħba biex wieħed isir sinjur waħdu, taħkem lil dawk kollha li kienu jinsabu fuq din il-missjoni perikoluza. Biex tkompli tagħmel l-avventura iktar diffiċli, kien jidher li kien hemm komplott b’riżultat li jġiegħel il-baħrin fuq is-sottomarin jibdew jitilfu l-fiduċja f’xulxin. Riżultat ikun li l-possiblita`  li joħorġu ħajjin minn hemm taħt, iktar ma beda jgħaddi l-ħin iktar kienet qegħda ssir remota.

    Film Brittaniku ta’ avventura, eċċitanti  u li jżommok fuq ix-xwiek għal ħafna ħin. Taħt id-direzzjoni ta’ Kevin Macdonald,  niltaqgħu ma’ Robinson, Kaptan tas-sottomarin, li biex  juri li kien għadu kapaċi jieħu f’idejħ missjoni delikata u perikoluza  li jsib fil-Baħar l-Iswed sottomarin Germaniż  ta’ żmien il-gwerra mimli deheb. L-intraċi u r-regħba tagħmel din il-missjoni kważi mpossibbli li tirnexxi. Tajjeb li l-film jarawh dawk li għalqu l-ħmistax-il sena.