• Brick Mansions

  • **

    Direttur:        Camille Delamarre
    Atturi:            Paul Walker, David Belle, RZA, Catalina Denis
    Ħin:                90 minuti
     
    Klassifika taċ-Ċensura: 15
    Klassifika tal-Knisja: 18
     
    ‘Black Mansions’ f’Detroit huwa housing estate żdangat u li qed jiġġarraf, tant li l-awtoritajiet għalquh b’ħajt. Madankollu f’dan il-bini jirrenja l-baruni tad-droga Tremaine Alexander. Id-detective Damien Collier, flimkien ma Lino Dupree li jaħdem kontra d-droga, jitqabbad jinfiltra fi Black Mansions. Damien jemmen li kien Tremaine li qatel lil missierhu li kien pulizzija u għalhekk irid ipattihielu. Minn naħa tiegħu Lino għandu wkoll skop għaliex qed ifittex li Tremaine minħabba li dan kien ħataf lil ex-tfajla tiegħu. Fi Black Mansions Damien kellu jsib lil Tremaine li kellu fil-pussess tiegħu bomba tan-neutron. Sfortunatament, Tremaine kien babas ma’ din il-bomba u issa bdiet il-proċess li tesplodi. Damien għandu biss għaxar sigħat biex isib lil Tremaine u jipperswadih biex iħallih ineħħi l-fuse tal-bomba.
     
    Film t’azzjoni li hu verżjoni ġdida tal-film Franċiż tal-2004 ‘District B13’. Huwa film b’pass ħafif ħafna u b’ħafna ġlied. Mhux xi film li jispikka. Fih ħafna vjolenza, kontenut sesswali, ħafna kliem ħażin u xi mossi oxxeni. Jgħodd għal udjenza adulta.