L-Attivitajiet tal-Arċisqof

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ Diċembru 2016

  • Il‑Ġimgħa 2 ta’ Diċembru 2016, fis‑6:30 p.m., l‑Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fil‑festa tal‑Beatu Charles de Foucauld, fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar live fuq il‑YouTube Channel tal‑Knisja f’Malta.

    Is‑Sibt 3 ta’ Diċembru, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi ċ‑ċelebrazzjoni tal‑pussess tal‑Arċipriet il‑ġdid tal‑Parroċċa tal‑Mosta.

    Il‑Ħadd 4 ta’ Diċembru, fl‑4:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adoloxxenti fil‑Parroċċa ta’ Ħal Lija…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ Novembru 2016

  • It-Tlieta 1 ta’ Novembru 2016, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil-Festa Solenni tal-Qaddisin kollha, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Il-Quddiesa ser tixxandar live fuq il-YouTube Channel tal-Knisja f’Malta.

    L-Erbgħa 2 ta’ Novembru, fl-10:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fit-Tifkira  Solenni tal-Mejtin kollha, fil-Knisja taċ-Ċimiterju tal-Addolorata, Raħal Ġdid. Il-Quddiesa ser tixxandar live fuq il-YouTube Channel tal-Knisja f’Malta

  • Kompli aqra »

Liturgical Celebrations led by Archbishop Charles J. Scicluna during the month of October 2016

  • Is‑Sibt l-1 ta’ Ottubru 2016, fil‑5:00 p.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser ibierek il‑Kurċifiss ewlieni fil‑Presbiterju tal‑Knisja Parrokkjali tal‑Kunċizzjoni, il‑Ħamrun.

    Il‑Ħadd 2 ta’ Ottubru, fid‑9:15 a.m. u fl‑4:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adoloxxenti fil‑Parroċċa ta’ Ħaż Żebbuġ. Fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jattendi ċ-ċelebrazzjoni Ekumenika ‘Undivided’, fi Smart City, il‑Kalkara.

    It‑Tnejn 3 ta’ Ottubru, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑ftuħ tas‑Sena Forensi, fl‑Oratorju tal‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ Ottubru 2016

  • Is‑Sibt l-1 ta’ Ottubru 2016, fil‑5:00 p.m., l-Arċisqof Charles J. Scicluna ser ibierek il‑Kurċifiss ewlieni fil‑Presbiterju tal‑Knisja Parrokkjali tal‑Kunċizzjoni, il‑Ħamrun.

    Il‑Ħadd 2 ta’ Ottubru, fid‑9:15 a.m. u fl‑4:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adoloxxenti fil‑Parroċċa ta’ Ħaż Żebbuġ. Fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jattendi ċ-ċelebrazzjoni Ekumenika ‘Undivided’, fi Smart City, il‑Kalkara.

    It‑Tnejn 3 ta’ Ottubru, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fil‑ftuħ tas‑Sena Forensi, fl‑Oratorju tal‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta…

  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ Settembru 2016

  • Is‑Sibt 3 ta’ Settembru 2016, fis‑2:30 p.m. (ħin ta’ Londra), Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna ser jiċċelebra Quddiesa fl‑okkażjoni tal‑festa tal‑Madonna tal‑Vitorja, f’Westminster Cathedral, Londra, bħala parti miċ‑ċelebrazzjonijiet ta’ Malta Day ‑ UK. Il‑Tlieta 6 ta’ Settembru, fis‑7:00 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi Velja ta’ Talb bi tħejjija għall‑Ordinazzjoni Episkopali ta’ Monsinjur Carmelo Zammit, Isqof‑Elett ta’ Ġibiltà, fil‑Knisja Parrokkjali tal‑Gudja. Il‑Ħamis 8 ta’ Settembru, Festa Solenni tat‑Twelid tal‑Verġni Marija,  fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof ser ikun wieħed mill‑Isqfijiet konsagranti fl‑Ordinazzjoni Episkopali ta’ Monsinjur Carmelo Zammit…
  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ Awwissu 2016

  • Is‑Sibt 6 ta’ Awwissu 2016, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa ta’ Ġesù Salvatur, Ħal Lija. Il‑Ħadd 7 ta’ Awwissu, fid‑9:00 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa Pontifikali fil‑festa ta’ San Duminku, il‑Belt Valletta. Il‑Ġimgħa 12 ta’ Awwissu, fis‑7:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jipparteċipa f’laqgħa ta’ talb maż‑żgħażagħ tal‑Mixja Neo‑Katekumenali li attendew iċ-ċelebrazzjonijiet li saru fil-Polonja fl-okkażjoni tal‑Jum Dinji taż‑Żgħażagħ 2016, fil‑Katekumenju, il‑Ħamrun…

Liturgical Celebrations led by Archbishop Charles J. Scicluna during the month of July 2016

  • Il‑Ġimgħa 1 ta’ Lulju 2016, fis‑6:15 p.m., Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna jiċċelebra Quddiesa fil‑festa tal‑Beatu Nazju Falzon, fil‑Knisja Ta’ Ġieżu, il‑Belt Valletta. Is‑Sibt 2 ta’ Lulju, fis‑6:00 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa u jinawgura r‑restawr u t‑tisbiħ tas‑saqaf tal‑Knisja Parrokkjali tal‑Gżira. Il‑Ħadd 3 ta’ Lulju, fl‑9:45 a.m., Monsinjur Arċisqof jamministra s‑sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adoloxxenti fil‑Parroċċa ta’ San Pawl il‑Baħar. It‑Tnejn 4 ta’ Lulju, fis‑7:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl‑okkażjoni tal‑gradwazzjoni tal‑istudenti tas‑6th Form tal‑Kulleġġ De La Salle, il‑Birgu…
  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ Ġunju 2016

  • Il‑Ħamis 2 ta’ Ġunju 2016, fit‑8:00 p.m., Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna ser imexxi laqgħa ta’ talb għas-saċerdoti, bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġublew tal-Ħniena, fis-Santwarju Tal-Qalb ta’ Ġesù, Ħaż Żebbuġ. Is-Sibt 4 ta’ Ġunju, fis‑6:30 p.m., Monsinjur Arċisqof imexxi ċ-ċelebrazzjoni tal-pussess tal-Arċipriet il-ġdid tal-Knisja Parrokkjali taż-Żurrieq, Dun Karm Mercieca. Il-Ħadd 5 ta’ Ġunju, fil‑5:30 p.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa mal-komunità Filippina f’Malta, fil-Knisja ta’ Santa Barbara, il-Belt Valletta…
  • Kompli aqra »

Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof Charles J. Scicluna matul ix-xahar ta’ Mejju 2016

  • Mill‑Erbgħa 4 ta’ Mejju sal‑Ħamis 12 ta’ Mejju 2016, Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna ser imexxi pellegrinaġġ fl‑Art Imqaddsa. Il‑Ħadd 15 ta’ Mejju, fid‑9:15 a.m., Monsinjur Arċisqof jiċċelebra Quddiesa fl‑okkażjoni tas‑Solennità ta’ Għid il‑Ħamsin u jamministra s‑sagrament tal‑Griżma tal‑Isqof lill‑adoloxxenti tal‑parroċċi tal‑Belt u tal‑Parroċċa ta’ Ġesù Nazzarenu (Tas‑Sliema), fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta. Il‑Quddiesa ser tixxandar ‘live’ fuq il‑Youtube Channel tal‑Knisja f’Malta…
  • Kompli aqra »