Il-ġid komuni u s-sitwazzjoni f’Malta
20/07/2013-
L-għada li l-Arċisqof Charles J. Scicluna appella għat-tqassim ġust u ekwu tal-ġid komuni u staqsa jekk il-ġid tas-soċjetà tagħna hux qed joħloq żbilanċ ekonomiku fil-pajjiż, ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru li d-differenza bejn is-sinjur u l-fqir qiegħda dejjem tikber.
L-appell tal-Arċisqof f’Jum l-Indipendenza, biex l-awtoritajiet jagħtu aktar kas lill-membri dgħajfa tas-soċjetà tagħna, huwa aktar urġenti meta wieħed jikkunsidra li skont l-NSO, il-persuni li fl-2016 kienu fir-riskju ta’ faqar laħħqu d-69,920…