Fondazzjoni Suret il-Bniedem tiċċelebra 25 sena ta’ tama għal persuni bla dar
28/10/2024Fondazzjoni Suret il-Bniedem, stabbilita mill-Kapuċċini fl-1999, illum is-Sibt 26 ta’ Ottubru bi kburija qed tfakkar il-25 anniversarju tagħha, filwaqt li tirrifletti fuq kwart ta’ seklu ta’ servizz iddedikat lill-individwi li qed jesperjenzaw sitwazzjoni li waslithom bla dar f’Malta.
Iggwidata mill-valuri ewlenin tal-kompassjoni, id-dinjità, u l-appoġġ għall-emarġinati, il-Fondazzjoni mhux biss ipprovdiet kenn iżda ħadmet ukoll bla heda biex terġa’ tagħti t-tama u d-dinjità lil dawk fil-bżonn… Kompli aqra »