Gwida għall-Films

Captive

  • ***

    Direttur: Jerry Jameson
    Atturi: David Oyelowo, Kate Mara, Leonor Varela, Jessica Oyelowo, Mimi Rogers, Michael K. Williams, Bill Bennett u Fred Galle
    Ħin tal-Film: 97 min

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 12A
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA:  15

    Fil-11 ta’ Marzu 2005, Brian Nichols jaħrab minn taħt il-kustodja tal-pulizija hekk kif kien qiegħed jitwassal biex jidħer quddiem Imħallef fil-Qorti ta’ Fulton County ġewwa Atlanta. Il-każ li kien qiegħed jiġi akkużat bih Nichols, kien każ ta’ stupru…

  • Kompli aqra »

Bridge of Spies

  • ****

    Direttur: Steven Spielberg
    Atturi: Tom Hanks, Mark Rylance, Amy Ryan, Alan Alda, Austin Stowell, Scott Shepherd, Jesse Plemons u Eve Hewson

    Ħin tal-Film: 141 min

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 12A
    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 12       

    Fis-sena 1957,  ġewwa  Brooklyn, New York, Rudolf Abel jirċievi messaġġ sigriet li jirnexxielu jaqrah eżattament qabel ma’ agenti tal-FBI jidħlu fl-appartament fejn kien jgħix. Abel jeqred il-messaġġ iżda evidenza li sabu fl-appartament kien biżżejjed biex ikun arrestat u jitressaq il-qorti akkużat bħala spjun Russu…

  • Kompli aqra »

Burnt

    • ***

      Direttur: John Wells

      Atturi: Bradley Cooper, Sienna Miller, Emma Thompson

      Ħin: 101 minuti

      Klassifika tal-Gvern: 15

      Klassifika tal-Knisja: 15

      Adam Jones huwa amerikan; huwa kien wieħed mill-aqwa chefs f’Pariġi iżda tilef l-impjieg tiegħu u farrak il-karriera tiegħu ħtija ta’ l-abbuż mid-droga u l-alkoħol, kif ukoll il-karattru diffiċli tiegħu.  Wara li jagħmel żmien ta’ penitenza li fih jieqaf jixrob u jieħu d-droga, Adam jerħiela lejn Londra biex jerġa jibda l-karriera tiegħu mill-ġdid, bit-tama li jakkwista t-tielet stilla ta’ Michelin…

  • Kompli aqra »

The Hunger Games: Mocking Jay Part 2

  • Direttur: Francis Lawrence

    Atturi: Jennifer Lawrence, Josh Hutcherson, Philip Seymour Hoffman

    Ħin: 135 minuti

    Klassifika tal-Gvern: 12A

    Klassifika tal-Knisja: 15

    Wara li Katniss u Peeta kienu reġgħu ingħaqdu flimkien, għalkemm dan ta’ l-aħħar għadu mħawwad wara li kien qatta’ ħafna żmien taħt il-kontroll ta’ Snow fejn kien ittorturat u bbrainwashjat biex isir jobgħod lil Katniss, huma jissieħbu mal-mexxejja tar-ribelli, Coin u Plutarch, li jkunu qed iħejju biex jinvadu l-Capitol ta’ Panem…

  • Kompli aqra »

Miss You Already

  • ****

    Direttur: Catherine Hardwicke

    Atturi: Toni  Collette, Drew Barrymore, Dominic Cooper, Paddy ConsidIne, Tyson Ritter, Frances de la Tour u Jacqueline Bisset

    Ħin tal-Film: 112 min

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 12A

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 15

    Milly u Jess huma ħbieb intimi u ta’ vera. Minn mindu kienu tfal, qasmu bejniethom is-sigrieti, l-ilbies, id-dwejjaq, in-namrati  u dak kollu li wieħed jista’ jkollu f’ħajtu…

  • Kompli aqra »

The Visit

  • **

    Direttur:  M.Night  Shyamalan

    Atturi: Olivia DeJonge, Ed Oxenbould, Deanna Dunagan, Peter McRobbie, Kathryn Hahn, Benjamin Kanes u Celia Keenan-Bolger

    Ħin tal-film: 94 min

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 15

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 15

    Rebecca u ħuha Tyler xtaqu ħafna li jagħmlu żjara lin-nanniet tagħhom John u Doris, ġenituri ta’ ommhom Paula. Għar-raġunjiet li ommhom qatt ma qaltilhom, huma ma kienu lltaqgħu magħhom qatt, anqas ma raw xi ritratt tagħhom…

  • Kompli aqra »

The Last Witch Hunter

  • ***

    Direttur: Breck Eisner

    Atturi: Vin Diesel, Rose Leslie, Elijah Wood, Michael Caine, Julie Engelbrecht, Rena Owen, Olafur Darri Olafsson u Isaach De Bankole

    Ħin tal-film: 106 min

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 12A

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 12

    Kaulder hu kaċċatur għas-sħaħar. Minħabba hekk, ir-Reġina Saħħara seħtet  għal ħajja eterna’  fil-Medju Evu lil Kaulder. Is-Saħħara kellha ħsieb li permezz ta’ pesta qerrieda teqred l-umanita’, iżda hu rrnexxielu  jwaqqaf lil din is-saħħara milli twettaq il-pjan tagħha…

  • Kompli aqra »

A Walk in the Woods

  • ***

    Direttur: Ken Kwapis

    Atturi: Robert Redford, Nick Nolte, Emma Thompson

    Ħin: 104 minuti

    Klassifika tal-Gvern: 15

    Klassifika tal-Knisja: 18

    Bill Bryson, kittieb mgħaruf ta’ kotba dwar l-ivvjaġġar, bħala rimedju għan-nixfa ta’ ħsibijiet li għandu jiddeċiedi li jagħmel l-‘Appalachian Trail’, mixja ta’ kważi elfejn u mitejn mil minn Georgia sa Maine…

  • Kompli aqra »

Spectre

  • *****

    Direttur: Sam Mendes

    Atturi: Daniel Craig, Christoph Waltz, Lea Seydoux, Ben Whishaw, _Naomie Harris, Dave Bautista, Andrew Scott, Monica Bellucci u Ralph Fiennes

    Ħin tal-Film: 148 min

    KLASSIFIKA TAĊ-ĊENSURA: 12A

    KLASSIFIKA TAL-KNISJA: 12

    F’missjoni mhux uffiċjali ġewwa Messiko, James Bond jispara lejn żewġ irġiel li kienu qegħdin jippjanaw espluzzjoni ġewwa Stadju mimli nies…

  • Kompli aqra »

Macbeth

  • Direttur: Justin Kurzel

    Atturi: Michael Fassbender, Marion Cotillard, Jack Reynor

    Ħin: 113 minuti

    Klassifika tal-Gvern: 15

    Klassifika tal-Knisja: 15

    Fid-dramm ċelebri ta’ Shakespeare, Macbeth hija l-istorja traġika ta’ ġeneral Skoċċiża li sseħħ madwar 400 sena ilu waqt gwerra ċivili. Macbeth ikun ġeneral qalbieni tal-armata tar-re. Huwa ssirlu profezija li ġurnata waħda għad isir ir-re ta’ l-Iskozja…

  • Kompli aqra »