L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Piet 1:2-7
Salm: 90 (91):1-2,14-15ab,15ċ-16

L-Evanġelju: Mk 12:1-12

F’dak iż-żmien, Ġesù beda jkellem lill-qassisin, lill-kittieba u lix-xjuħ tal-poplu bil-parabboli: “Kien hemm raġel li ħawwel għalqa bid-dwieli; tella’ ħajt tas-sejjieħ madwarha, ħaffer magħsar fiha, bnielha torri, u qabbilha lil xi bdiewa. U siefer f’art oħra. Meta wasal iż-żmien, bagħat qaddej għand dawk il-bdiewa biex jiġborlu mingħandhom is-sehem li kien imiss lilu mill-frott tal-għalqa… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 2 ta’ Ġunju

Il-Ġisem u d-Demm Għażiż tal-Mulej – Solennita’
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eż 24:3-8
Salm: 115(116):12-13,15,16bċ,17-18
It-Tieni Qari: Lhud 9:11-15

L-Evanġelju: Mk 14:12-16,22-26

Fl-ewwel jum tal-Ażżmi, meta kienu jissagrifikaw il-ħaruf tal-Għid, id-dixxipli tiegħu qalu lil Ġesù: “Fejn tridna mmorru nħejju biex tiekol l-ikla tal-Għid?”

Imbagħad hu bagħat tnejn mid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Morru l-belt, u tiltaqgħu ma’ raġel iġorr ġarra ilma… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġuda 17:20b-25
Salm: 62 (63):2,3-4,5-6

L-Evanġelju: Mk 11:27-33

F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli tiegħu mill-ġdid marru Ġerusalemm. Kif kien qiegħed idur fit-tempju, resqu fuqu l-qassisin il-kbar u l-kittieba u x-xjuħ u staqsewh: “Int b’liema setgħa qiegħed tagħmlu dan kollu? U min tahielek din is-setgħa biex tagħmlu?” Ġesù qalilhom: “Ħa nagħmlilkom mistoqsija waħda jien. Weġbuni għaliha, u ngħidilkom b’liema setgħa qiegħed nagħmel dan kollu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Mejju

Iż-Żjara tal-Imqaddsa Verġni Marija – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sof 3:14-18
Salm: 12:2-6

L-Evanġelju: Lq 1:39-56

F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn il-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet ’il Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fi ħdanha, u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Piet 2:2-5,9-12
Salm: 99 (100):2,3,4,5

L-Evanġelju: Mk 10:46-52

F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien ħiereġ minn Ġeriko flimkien mad-dixxipli tiegħu u ma’ kotra kbira ta’ nies, kien hemm wieħed tallab agħma, jismu Bartimew, bin Timew, bilqiegħda mal-ġenb tat-triq. Dan, meta sama’ li kien Ġesù ta’ Nazaret, qabad jgħajjat u jgħid: “Ġesù, bin David, ikollok ħniena minni!” Kien hemm ħafna li bdew jgħajtu miegħu biex jiskot imma hu aktar beda jgħajjat: “Bin David, ikollok ħniena minni!”

Ġesù waqaf u qal: “Sejħulu!” Huma sejħu l-agħma u qalulu: “Agħmel il-qalb! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Piet 1:18-25
Salm: 147, 12-13.14-15.19-20

L-Evanġelju: Mk 10:32-45

F’dak iż-żmien, id-dixxipli kienu mexjin fit-triq, telgħin lejn Ġerusalemm, u Ġesù kien miexi quddiemhom; u huma kienu mgħaġġbin, u l-oħrajn li kienu mexjin warajhom kienu mbeżżgħin. Raġa’ sejjaħ it-Tnax ħdejh, u beda jgħidilhom x’kien se jgħaddi minn għalih: “Ara, issa aħna telgħin Ġerusalemm, u Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-qassisin il-kbar u l-kittieba, li jaqtgħuhielu għall-mewt u jerħuh f’idejn il-pagani; dawn imbagħad jiddieħku bih, jobżqulu fuqu, jagħtuh is-swat u joqtluh, u wara tlitt ijiem iqum mill-mewt.”

Ġakbu u Ġwanni, ulied Żebedew, resqu lejh u qalulu: “Mgħallem, dak li se nitolbuk irriduk tagħtihulna.” “Xi triduni nagħmlilkom?” staqsiehom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Piet 1:10-16
Salm: 97 (98):1.2-3ab,3ċ-4

L-Evanġelju: Mk 10:28-31

F’dak iż-żmien, qabeż Pietru u qal lil Ġesù: “Tajjeb! Aħna ħallejna kollox u ġejna warajk.” Qallu Ġesù: “Tassew ngħidilkom, li fost dawk kollha li minħabba fija u l-Evanġelju jħallu lil darhom jew lil ħuthom jew lil ommhom jew lil missierhom jew lil uliedhom jew l-għelieqi tagħhom, ma hemm ħadd fosthom li minn issa, f’din id-dinja stess, ma jirċevix, għal mitt darba iktar, djar, aħwa, subien u bniet, ommijiet, ulied u għelieqi flimkien ma’ persekuzzjonijiet, u l-ħajja ta’ dejjem fiż-żmien li ġej… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Piet 1:3-9
Salm: 110 (111):1-2,5-6,9 u 10ċ

L-Evanġelju: Mk 10:17-27

F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien se jaqbad it-triq, mar fuqu wieħed jgħaġġel, niżel għarkupptejh quddiemu u qallu: “Mgħallem tajjeb, x’għandi nagħmel biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?” Ġesù qallu: “Għaliex qiegħed issejjaħli tajjeb? Ħadd ma hu tajjeb ħlief Alla biss. Inti l-kmandamenti tafhom: la toqtolx, la tiżnix, la tisraqx, la tixhidx fil-falz, la tiħux bil-qerq dak li hu ta’ ħaddieħor; weġġaħ lil missierek u ’l ommok.”

U dak wieġbu u qallu: “Mgħallem, jiena dan kollu ili nħarsu minn żgħożiti.” Imbagħad Ġesù xeħet fuqu ħarsa ta’ mħabba u qallu: “Ħaġa waħda tonqsok: mur bigħ li għandek, agħtih lill-fqar, u jkollok teżor fis-sema; imbagħad ejja u imxi warajja.” Imma għal dan il-kliem ir-raġel qarras wiċċu u telaq b’qalbu sewda, għaliex kellu bosta ġid… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 26 ta’ Mejju

It-Trinità Qaddisa – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 4:32-34,39-40
Salm: 32(33):4-5,6,9,18-19,20,22
It-Tieni Qari: Rum 8:14-17

L-Evanġelju: Mt 28:16-20

F’dak iż-żmien, il-ħdax-il dixxiplu telqu lejn il-Galilija u marru fuq il-muntanja fejn kien ordnalhom Ġesù. Kif rawh, inxteħtu quddiemu, għalkemm xi wħud iddubitaw. Ġesù resaq ikellimhom u qalilhom: “Lili ngħatat kull setgħa fis-sema u fl-art. Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, u għammduhom fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu, u għallmuhom iħarsu dak kollu li ordnajtilkom jien… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġak 5:13-20
Salm: 140 (141):1-2,3 u 8

L-Evanġelju: Mk 10:13-16

F’dak iż-żmien, ġiebu quddiem Ġesù xi tfal ċkejknin biex iberikhom, iżda d-dixxipli tiegħu qabdu jgħajtu magħhom. Ġesù, meta ra hekk, inkorla u qalilhom: “Ħalluhom it-tfal żgħar jiġu għandi; iżżommuhomx, għax ta’ min hu bħalhom hija s-Saltna ta’ Alla. Tassew ngħidilkom, li min is-Saltna ta’ Alla ma jilqagħhiex bħal tifel ċkejken ma jidħolx fiha.” Imbagħad ħaddanhom miegħu u qiegħed idejh fuqhom u berikhom… Kompli aqra »