L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Num 24, 2-7.15-17a
Salm: 24 (25), 4bċ-5ab.6-7bċ.8-9

L-Evanġelju: Mt 21, 23-27

F’dak iż-żmien, Ġesù daħal fit-tempju, u, waqt li kien qiegħed jgħallem, resqu fuqu l-qassisin il-kbar u x-xjuħ tal-poplu u qalulu: “Int b’liema setgħa qiegħed tagħmel dan kollu? U min tahielek din is-setgħa?”.

U Ġesù qalilhom: “Ħa nagħmlilkom mistoqsija waħda jien ukoll: jekk tweġbuni għaliha, jien ukoll ngħidilkom b’liema setgħa qiegħed nagħmel dan kollu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 12 ta’ Diċembru

It-Tielet Ħadd tal-Avvent
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sof 3:14-18a
Salm: Iż 12:2-3,4bċd,5-6
It-Tieni Qari: Fil 4:4-7

L-Evanġelju: Lq 3:10-18

F’dak iż-żmien, in-nies kienu jistaqsu lil Ġwanni u jgħidulu: “Mela x’għandna nagħmlu?”. U huwa kien iweġibhom: “Min għandu żewġ ilbiesi, jaqsam ma’ min ma għandu xejn, u min għandu x’jiekol jagħmel l-istess”. Resqu wkoll xi pubblikani biex jitgħammdu u qalulu: “Mgħallem, x’għandna nagħmlu aħna?”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 48, 1-4.9-11
Salm: 79 (80), 2aċ u 3b. 15-16. 18-19

L-Evanġelju: Mt 17, 10-13

F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien nieżel minn fuq il-muntanja, id-dixxipli staqsewh: “Mela kif jgħidu l-kittieba li l-ewwel għandu jiġi Elija?”. Hu weġibhom: “Elija jiġi, iva, u jerġa’ jqiegħed kollox f’postu. Imma ngħidilkom: Elija ġa ġie, u huma baqgħu ma għarfuhx, imma ġiebu ruħhom miegħu kif għoġobhom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Diċembru

L-Imqaddsa Verġni Marija ta’ Loreto
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 48, 17-19
Salm: 1, 1-2.3.4 u 6

L-Evanġelju: Mt 11, 16-19

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-folla: “Imma ma’ min se nxebbhu dan in-nisel? Inxebbhu lil qabda tfal bilqiegħda fil-pjazez jgħajtu lil sħabhom u jgħidu: “Daqqejnielkom il-flawt, u ma żfintux, għannejnielkom in-niket, u ma bkejtux!”. Għax tassew, ġie Ġwanni, la jiekol u lanqas jixrob, u qegħdin jgħidu: “Għandu fih xitan”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 41, 13-20
Salm: 144 (145), 1 u 9. 10-11.12-13ab

L-Evanġelju: Mt 11, 11-15

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-folla: “Tassew, ngħidilkom, li fost ulied in-nisa ħadd ma qam akbar minn Ġwanni l-Battista. U b’danakollu l-iżgħar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet hu akbar minnu. Minn żmien Ġwanni l-Battista sal-lum is-Saltna tas-Smewwiet il-bnedmin qegħdin jitħabtu bis-sħiħ għaliha, u dawk li jitħabtu bis-sħiħ jaħtfuha… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Diċembru

It-Tnissil bla Tebgħa tal-Verġni Mqaddsa Marija – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 3: 9-15.20
Salm: 97: 1-4
It-Tieni Qari: Efes 1: 3-6.11-12

L-Evanġelju: Lq 1: 26-38

F’dak iż-żmien: L-anġlu Gabrijel kien mibgħut minn Alla f’belt tal-Galilija, jisimhaNazaret, għand xebba mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi, mid-dar ta’ David; u x-xebba kien jisimha Marija. Daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 40, 1-11
Salm: 95 (96), 1-2.3 u 10aċ.11-12.13

L-Evanġelju: Mt 18, 12-14

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Intom x’jidhrilkom? Jekk wieħed raġel ikollu mitt nagħġa u tintiliflu waħda minnhom, ma jħallix id-disgħa u disgħin l-oħra fuq l-għoljiet u jmur ifittex dik li tkun intilfitlu? U jekk jirnexxilu jsibha, tassew ngħidilkom jifraħ iktar biha milli bid-disgħa u disgħin l-oħra li ma jkunux intilfu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 35, 1-10
Salm: 84 (85), 9ab-10.11-12.13-14

L-Evanġelju: Lq 5, 17-26

Jum fost l-oħrajn Ġesù kien qiegħed jgħallem. Kien hemm bilqiegħda madwaru xi Fariżej u għorrief tal-Liġi li kienu ġew mill-irħula kollha tal-Galilija u l-Lhudija u minn Ġerusalemm. Il-qawwa tal-Mulej kienet fih biex ifejjaq. U ġew xi rġiel iġorru wieħed mifluġ fuq mitraħ; huma bdew ifittxu li jdaħħluh ġewwa u jqegħduhulu quddiemu, iżda minħabba l-folla ma sabux minn fejn setgħu jidħlu bih… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 5 ta’ Diċembru

It-Tieni Ħadd tal-Avvent
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Baruk 5:1-9
Salm: 125(126):1-2ab,2ċd-3,4-5,6
It-Tieni Qari: Fil 1:4-6,8-11

L-Evanġelju: Lq 3:1-6

Fis-sena ħmistax tal-ħakma ta’ Tiberju Ċesari, meta Ponzju Pilatu kien gvernatur tal-Lhudija, Erodi tetrarka tal-Galilija, ħuh Filippu tetrarka tal-artijiet tal-Iturija u t-Trakonija, u Lisanja tetrarka ta’ Abileni, fiż-żmien meta l-uffiċċju ta’ qassis il-kbir kien f’idejn Anna u Kajfa, il-kelma tal-Mulej ġiet fuq Ġwanni bin Żakkarija, fid-deżert… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 30, 19-21.23-26
Salm: 146 (147), 1-2.3-4.5-6

L-Evanġelju: Mt 9, 35 – 10, 1.6-8

F’dak iż-żmien, Ġesù dar l-ibliet kollha u l-irħula jgħallem fis-sinagogi, ixandar l-Evanġelju tas-Saltna, u jfejjaq kull xorta ta’ mard u ’l kull min kien nieqes minn saħħtu. Ra n-nies u tħassarhom, għax kienu mdejqa u mitluqa bħal nagħaġ bla ragħaj. Imbagħad qal lid-dixxipli tiegħu: “Il-ħsad huwa kbir, iżda l-ħaddiema ftit… Kompli aqra »