L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 13, 8-10
Salm: 111 (112), 1-2.4-5.9

L-Evanġelju: Lq 14, 25-33

F’dak iż-żmien, kotra kbira ta’ nies kienet miexja ma’ Ġesù; hu dar lejhom u qalilhom: “Min jiġi għandi ma jistax ikun dixxiplu tiegħi jekk ma jobgħodx lil missieru u ’l ommu u lil martu u lil uliedu, ’l ħutu subien u bniet, u saħansitra lilu nnifsu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Novembru

L-Għid tal-Imwiet – Tifkira Solenni
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġob 19:1.23-27a
Salm: 26
It-Tieni Qari: Rum 19:1.23-27a

L-Evanġelju: Ġw 6:37-40

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lin-nies: “Dak kollu li missieri jagħtini jiġi għandi, u min jiġi għandi ma nkeċċihx ’il barra; għax jiena nżilt mis-sema biex nagħmel mhux ir-rieda tiegħi, imma r-rieda ta’ min bagħatni. Issa r-rieda ta’ min bagħatni hija din: li jiena ma nitlef xejn minn dak kollu li tani, iżda li nqajmu mill-imwiet fl-aħħar jum… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Novembru

Il-Qaddisin Kollha – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 7:2-4,9-14
Salm: 23 (24), 1-2.3-4ab.5-6
It-Tieni Qari: 1 Ġw 3:1-3

L-Evanġelju: Mt 5:1-12a

F’dak iż-żmien: Ġesù kif ra l-folol, tela’ fuq il-muntanja, u wara li qagħad bilqiegħda, resqu lejh id-dixxipli tiegħu.

U hu fetaħ fommu u qabad ikellimhom u jgħid: “Henjin il-fqar fl-ispirtu, għax tagħhom hija s-saltna tas-Smewwiet… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 31 ta’ Ottubru

Il-Wieħed u Tletin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari ta-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 6:2-6
Salm: 17:2-3a,3bċ-4,47,51ab
It-Tieni Qari: Lhud 7:23-28

L-Evanġelju: Mk 12:28b-34

F’dak iż-żmien, wieħed mill-kittieba resaq fuq Ġesù u staqsieh: “Liema wieħed fost il-kmandamenti kollha huwa l-ewwel?”. Ġesù wieġbu: “L-ewwel wieħed huwa dan: Isma’ Iżrael! Il-Mulej, Alla tagħna, Mulej wieħed hu, u int għandek tħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, b’moħħok kollu, u bil-qawwa tiegħek kollha… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 11: 1-2a.11-12.25-29
Salm: 93 (94): 12-13a.14-15.17-18

L-Evanġelju: Lq 14: 1.7-11

Darba, kien is-Sibt, Ġesù daħal għand wieħed mill-kapijiet tal-Fariżej biex jiekol għandu, u huma qagħdu għajnejhom fih. Billi ra b’għajnejh kif il-mistednin bdew jagħżlu l-postijiet ta’ quddiem fil-mejda, qalilhom din il-parabbola: “Meta wieħed jistiednek għal xi festa ta’ tieġ, tmurx toqgħod fil-post ta’ quddiem, li ma jkunx hemm xi mistieden aqwa minnek, u dak li jkun stieden lilek u lilu jiġi fuqek jgħidlek: “Agħti l-post lil dan”, u int imbagħad, b’regħxa ta’ mistħija fuqek, ikollok tieħu l-post tal-aħħar… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 9, 1-5
Salm: 147, 12-13.14-15.19-20

L-Evanġelju: Lq 14, 1-6

Darba, kien is-Sibt, u Ġesù daħal għand wieħed mill-kapijiet tal-Fariżej biex jiekol għandu, u huma qagħdu għajnejhom fih. U resaq quddiemu wieħed marid bl-ilma. Ġesù dar fuq l-għorrief tal-Liġi u l-Fariżej u qalilhom: “Jiswa jew le li wieħed ifejjaq f’jum is-Sibt?”. Huma ma tkellmu xejn iżda hu qabad lir-raġel, fejqu u bagħtu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Ottubru

San Xmun u San Ġuda, Appostli – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efes 2: 19-22
Salm: 18: 2-5

L-Evanġelju: Lq 6: 12-19

Darba fost l-oħrajn, Ġesù ħareġ lejn l-għoljiet biex jitlob, u għadda l-lejl fit-talb lil Alla. Meta sebaħ, sejjaħ lejh id-dixxipli tiegħu u minnhom għażel tnax, li semmiehom appostli: Xmun, li semmieh Pietru, u ħuh Indrì, Ġakbu, Ġwanni, Filippu, Bartilmew, Mattew, Tumas, Ġakbu ta’ Alfew, Xmun imlaqqam l-Imħeġġeġ, Ġuda ta’ Ġakbu, u Ġuda l-Iskarjota, li mbagħad ittradieh… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 8, 26-30
Salm: 12 (13), 4-5.6

L-Evanġelju: Lq 13, 22-30

F’dak iż-żmien, huwa u sejjer lejn Ġerusalemm, Ġesù għadda jgħallem f’xi bliet u rħula. U kien hemm wieħed qallu: “Mulej, jaqaw ftit huma dawk li jsalvaw?”.

U huwa weġibhom: “Tħabtu biex tidħlu mill-bieb id-dejjaq, għax kif ngħidilkom jien, ħafna għad ifittxu li jidħlu u ma jirnexxilhomx… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 8, 18-25
Salm: 125 (126) 1-2ab.2ċd-3.4-5.6

L-Evanġelju: Lq 13, 18-21

F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Lil xiex tixbah is-Saltna ta’ Alla, u ma’ xiex se nxebbhuha? Tixbah lil żerriegħa tal-mustarda li wieħed raġel qabad u żeragħha fil-ġnien tiegħu, u mbagħad kibret u saret siġra, u l-għasafar tal-ajru marru jbejtu fil-friegħi tagħha”.

U reġa’ qalilhom: “Ma’ xiex se nxebbahha s-Saltna ta’ Alla? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 8: 12-17
Salm: 67 (68): 2 u 4. 6-7ab. 20-21

L-Evanġelju: Lq 13: 10-17

Darba s-Sibt, Ġesù kien qiegħed jgħallem f’waħda mis-sinagogi. U kien hemm mara li kienet ilha tmintax-il sena bi spirtu li kien imarradha; kienet milwija ħafna, u ma kinitx tista’ tieqaf dritta għalkollox.

Kif raha Ġesù sejħilha u qalilha: “Mara, inti meħlusa mill-mard tiegħek”… Kompli aqra »