L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-Ħadd: 24 ta’ Ottubru

It-Tletin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 31:7-9
Salm: 125(126):1-2ab,2ċd-3,4-5,6
It-Tieni Qari: Lhud 5:1-6

L-Evanġelju: Mk 10:46-52

F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien ħiereġ minn Ġeriko flimkien mad-dixxipli tiegħu u ma’ kotra kbira ta’ nies, kien hemm wieħed tallab agħma, jismu Bartimew, bin Timew, bilqiegħda mal-ġenb tat-triq. Dan, meta sama’ li kien Ġesù ta’ Nazaret, qabad jgħajjat u jgħid: “Ġesù, bin David, ikollok ħniena minni!”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 8, 1-11
Salm: 23 (24), 1-2.3-4ab.5-6

L-Evanġelju: Lq 13, 1-9

F’dak iż-żmien, ġew xi wħud għand Ġesù u qalulu b’dawk il-Galilin li Pilatu kien ħallat demmhom mad-demm tal-vittmi tas-sagrifiċċji tagħhom. U Ġesù qabad u qalilhom: “Taħsbu intom li dawn il-Galilin kienu iżjed midinbin mill-Galilin l-oħra biex sofrew dan kollu? Le, ngħidilkom; imma jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu bħalhom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Ottubru

L-Ewwel Qari: Rum 7, 18-25a
Salm: 118 (119), 66.68.76.77.93.94

L-Evanġelju: Lq 12, 54-59

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies: “Meta taraw sħaba tielgħa mill-Punent, malajr tgħidu li tkun ġejja x-xita; u hekk jiġri. U meta jonfoħ ir-riħ isfel, tgħidu li sħana se tagħmel; u tagħmel tassew. Uċuħ b’oħra, tafu taqraw wiċċ is-sema, u wiċċ l-art ukoll; mela ż-żmien ta’ issa kif ma tafux tfissruh? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 6, 19-23
Salm: Salm 1, 1-2.3.4 u 6

L-Evanġelju: Lq 12, 49-53

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Nar ġejt inqiegħed fuq l-art, u kemm nixtieq li diġà qabad! Iżda hemm magħmudija li biha għandi nitgħammed, u x’diqa għandi sa ma dan iseħħ! Taħsbu intom li jien ġejt inġib il-paċi fid-dinja? Le, ngħidilkom, imma l-firda; għax mil-lum ’il quddiem ħamsa minn nies f’dar waħda jkunu mifruda bejniethom, tlieta kontra tnejn u tnejn kontra tlieta; jinfirdu l-missier kontra l-iben u l-iben kontra l-missier, l-omm kontra l-bint u l-bint kontra l-omm, omm ir-raġel kontra mart binha u mart l-iben kontra omm żewġha”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 6, 12-18
Salm: 123 (124), 1-3.4-6.7-8

L-Evanġelju: Lq 12, 39-48

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kunu afu dan, li kieku sid id-dar kellu jkun jaf xħin ikun ġej il-ħalliel ma kienx se jħalli min jinfidlu l-ħajt ta’ daru. Mela kunu lesti intom ukoll, għax qatt ma tistgħu tobsru s-siegħa li fiha jiġi Bin il-bniedem”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 5: 12.15b.17-19.20b-21
Salm: 39 (40): 7-8a.8b-9.10.17

L-Evanġelju: Lq 12: 35-38

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Żommu ġenbejkom imħażżma u l-imsiebaħ tagħkom mixgħula; kunu bħal nies jistennew lil sidhom lura mill-festa tat-tieġ, biex malli jiġi u jħabbat jiftħulu minnufih.

Henjin dawk il-qaddejja li meta jiġi sidhom isibhom jishru! Tassew ngħidilkom, li hu jitħażżem, iqegħedhom madwar il-mejda, u jgħaddi quddiemhom iservihom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Ottubru

San Luqa, Evanġelista – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Tim 4: 10-17b
Salm: 144: 10-13. 17-18

L-Evanġelju: Lq 10: 1-9

F’dak iż-żmien: il-Mulej qabbad tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien sa jmur hu.

U qalilhom: “Il-ħsad hu kbir, tassew, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela ’l sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 17 ta’ Ottubru

Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 53: 10-11
Salm: 32 (33): 4-5.18-19.20.22
It-Tieni Qari: Lhud 4: 14-16

L-Evanġelju: Mk 10: 35-45

F’dak iż-żmien, Ġakbu u Ġwanni, ulied Żebedew, resqu lejh u qalulu: “Mgħallem, dak li se nitolbuk irriduk tagħtihulna”. “Xi triduni nagħmlilkom?” staqsiehom. U huma weġbuh: “Ħallina noqogħdu wieħed fuq il-lemin tiegħek u l-ieħor fuq ix-xellug fil-glorja tiegħek”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 4: 13. 16-18
Salm: 104 (105): 6-7.8-9.42-43

L-Evanġelju: Lq 12: 8-12

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ngħidilkom li kull min jistqarr quddiem il-bnedmin li huwa miegħi, Bin il-bniedem ukoll jistqarr li huwa miegħu quddiem l-anġli ta’ Alla. Iżda min jiċħad lili quddiem il-bnedmin, jien niċħad lilu quddiem l-anġli ta’ Alla.

U kull min jgħid xi ħaġa kontra Bin il-bniedem tinħafirlu; iżda min jieqaf lill-Ispirtu s-Santu ma jinħafirlux… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 4: 1-8
Salm: 31 (32): 1-2.5.11

L-Evanġelju: Lq 12: 1-7

F’dak iż-żmien, in-nies bdiet tinġabar bl-eluf, kulħadd jgħaffeġ fuq xulxin. U Ġesù qabad jgħid l-ewwel nett lid-dixxipli tiegħu: “Ilqgħu rwieħkom mill-ħmira tal-Fariżej, jiġifieri mill-wiċċ b’ieħor tagħhom. Xejn ma hu mgħotti li ma jinkixifx, u xejn ma hu moħbi li ma jsirx magħruf. Għalhekk, kulma tkunu għedtu fid-dlam għad jinstama’ fid-dawl, u kulma tkunu tkellimtu fil-widnejn, fil-kmamar ta’ ġewwa, għad jixxandar minn fuq il-bjut… Kompli aqra »