L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġona 1,1 – 2, 1.11
Salm: Ġona 2, 2.3.4.5.8

L-Evanġelju: Lq 10, 25-37

F’dak iż-żmien, iqum wieħed għaref fil-Liġi u, biex iġarrab lil Ġesù staqsieh: “Mgħallem, x’nagħmel biex niret il-ħajja ta’ dejjem?”. Qallu Ġesù: “Fil-Liġi x’hemm miktub? Inti x’taqra fiha?”. U dak wieġeb: “Int għandek tħobb il-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, u b’ruħek kollha, bil-qawwa tiegħek kollha, u b’moħħok kollu, u lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 3 ta’ Ottubru

Is-Sebgħa u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 2:18-24
Salm: 127(128):1-2,3,4-5,6
It-Tieni Qari: Lhud 2:9-11

L-Evanġelju: Mk 10:2-16

F’dak iż-żmien, resqu xi Fariżej lejn Ġesù u biex iġarrbuh staqsewh jekk raġel jistax jitlaq lil martu. Weġibhom u qal: “X’ordnalkom Mosè?”. Qalulu: “Mosè ta l-permess li wieħed jagħmel il-kitba tad-divorzju, u jibgħatha”. Imbagħad weġibhom Ġesù: “Minħabba l-ebusija ta’ qalbkom kitbilkom dan l-ordni… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eż 23: 20-23a
Salm: 90: 1-6.10-11

L-Evanġelju: Mt 18: 1-5.10

F’dak iż-żmien: Resqu d-dixxpli lejn Ġesù u staqsewh: “Min hu l-akbar fis-Saltna tas-Smewwiet?” Hu sejjaħ lejh tfajjel ċkejken, qiegħdu f’nofshom, u qalilhom: “Tassew, ngħidilkom, li jekk intom ma terġgħux issiru bħat-tfal iż-żgħar, żgur li ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet.

U għalhekk l-akbar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet huwa dak li jċekken lilu nnifsu bħal dan it-tfajjel żgħir… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Bar 1, 15-22
Salm: 78 (79), 1-2.3-5.8.9

L-Evanġelju: Lq 10, 13-16

F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Ħażin għalik, Korożajn! Ħażin għalik, Betsajda! Għax kieku l-mirakli li saru fikom saru f’Tir u Sidon, kieku ilhom li nidmu u libsu l-ixkejjer u qagħdu fuq ir-rmied. Imma l-ġudizzju għad ikun eħfef għal Tir u Sidon milli għalikom.

U int, Kafarnahum, taħseb li se togħla sas-sema? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Neħ 8, 1-4a. 5-6. 7b-12
Salm: 18 (19), 8.9.10.11

L-Evanġelju: Lq 10, 1-12

F’dak iż-żmien, il-Mulej għażel tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien se jmur hu. U qalilhom: “Il-ħsad huwa kbir, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu. Morru! Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Settembru

L-Arkanġli Mqaddsa, Mikiel, Gabrijel u Rafel – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Daniel 7, 9-10.13-14 jew Apok 12, 7-12a
Salm: 137, 1-5

L-Evanġelju: Ġw 1, 47-51

F’dak iż-żmien: Meta Ġesù ra lil Natanel riesaq lejh, qal: “Hawn hu Israeli li jistħoqqlu dan l-isem; ma hemm ebda qerq fih.” Natanael staqsieh: “Rabbi, kif sirt tafni?”

U Ġesù wieġbu: “Rajtek taħt is-siġra tat-tin qabel ma kellmek Filippu.” “Rabbi,” qallu Natanael, “int l-Iben ta’ Alla, inti s-sultan ta’ Israel!” Ġesù wieġbu: “Qiegħed temmen għax għidtlek li rajtek taħt is-siġra tat-tin? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Żak 8, 20-23
Salm: 86 (87), 1-3.4-5.6-7

L-Evanġelju: Lq 9, 51-56

Meta qorob għalih iż-żmien li fih kellu jittieħed mid-dinja, Ġesù b’rieda sħiħa dar u telaq lejn Ġerusalemm. U bagħat xi messaġġiera qablu li, huma u sejrin, daħlu f’raħal tas-Samarija biex iħejjulu fejn joqgħod. Iżda hemmhekk ma laqgħuhx, billi hu kien sejjer Ġerusalemm. Meta raw dan, id-dixxipli Ġakbu u Ġwanni qalulu: “Mulej, tridx ngħidu lin-nar jinżel mis-sema u jeqridhom?”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Żak 8, 1-8
Salm: 101 (102), 16-18.19-21.29 u 22-23

L-Evanġelju: Lq 9, 46-50

F’dak iż-żmien, qamet kwistjoni bejn id-dixxipli dwar min kien l-akbar fosthom. Ġesù għaraf x’kellhom f’moħħhom, u ressaq tifel żgħir lejh, qiegħdu maġenbu, u qalilhom: “Min jilqa’ lil dan it-tifel żgħir minħabba f’ismi, ikun jilqa’ lili; u min jilqa’ lili, ikun jilqa’ lil dak li bagħatni… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 26 ta’ Settembru

Is-Sitta u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Num 11:25-29
Salm: 18(19):8,10,12-13,14
It-Tieni Qari: Ġak 5:1-6

L-Evanġelju: Mk 9:38-43,45,47-48

F’dak iż-żmien, Ġwanni qal lil Ġesù: “Mgħallem, wieħed raġel, li s-soltu ma jkunx magħna, rajnieh ikeċċi x-xjaten f’ismek u ridna nżommuh, għax hu mhuwiex wieħed minn tagħna”. Imma Ġesù qal: “La żżommuhx, le, għax ma hemm ħadd li se jagħmel miraklu f’ismi u mbagħad malajr se jkollu ħila jgħid kontra tiegħi… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Żak 2, 5-9.14-15a
Salm: Ġer 31, 10.11-12ab.13

L-Evanġelju: Lq 9, 43b-45

F’dak iż-żmien, waqt li kulħadd kien imnixxef bil-għaġeb quddiem dan il-kobor liema bħalu ta’ Alla, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Iftħu widnejkom sewwa għal dawn il-kelmiet: Bin il-bniedem għandu jkun mogħti f’idejn il-bnedmin”.

Iżda huma ma fehmuhx dan il-kliem, u baqa’ mistur għalihom hekk li ma qabdu xejn minnu, u beżgħu jistaqsuh dwar dak li kien qal… Kompli aqra »