L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġak 5:9-12
Salm: 102 (103):1-2,3-4,8-9,11-12

L-Evanġelju: Mk 10:1-12

F’dak iż-żmien, Ġesù telaq minn Kafarnahum u mar fl-art tal-Lhudija u ’l hemm mill-Ġordan, u n-nies mill-ġdid inġabret madwaru; u hu, kif kienet id-drawwa tiegħu, raġa’ qabad jgħallimhom.

Resqu xi Fariżej lejh, u biex iġarrbuh staqsewh jekk raġel jistax jitlaq lil martu. Weġibhom u qal: “X’ordnalkom Mosè?” Qalulu: “Mosè ta l-permess li wieħed jagħmel il-kitba tad-divorzju, u jibgħatha.” Imbagħad weġibhom Ġesù: “Minħabba l-ebusija ta’ qalbkom kitbilkom dan l-ordni… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġak 5:1-6
Salm: 48 (49):14-15b,15ċd-16,17-18,19-20

L-Evanġelju:  Mk 9:41-50

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Min jagħtikom tazza ilma x’tixorbu għax intom tal-Messija, ngħidilkom is-sewwa li ma jibqax mingħajr il-ħlas tiegħu. Imma min jagħti skandlu lil wieħed minn dawn iċ-ċkejknin li jemmnu fija, ikun jaqbillu jekk jorbtulu ma’ għonqu ġebla tat-tħin minn dawk li jdawru l-ħmir u jixħtuh fil-baħar. U jekk idek hija għalik okkażjoni ta’ dnub, aqtagħha barra; jaħbatlek aħjar li tidħol b’id waħda fil-ħajja, milli tmur b’idejk it-tnejn fl-infern, fin-nar li ma jintefiex… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġak 4:13-17
Salm: 48 (49):2-3,6-7,8-10,11

L-Evanġelju: Mk 9:38-40

F’dak iż-żmien, Ġwanni qal lil Ġesù: “Mgħallem, wieħed raġel, li s-soltu ma jkunx magħna, rajnieh ikeċċi x-xjaten f’ismek u ridna nżommuh, għax hu mhuwiex wieħed minn tagħna.” Imma Ġesù qal: “La żżommuhx, le, għax ma hemm ħadd li se jagħmel miraklu f’ismi u mbagħad malajr se jkollu ħila jgħid kontra tiegħi. Għax min mhuwiex kontra tagħna, huwa magħna.”

Qaddis tal-jum: Santa Rita minn Cascia, reliġjuża Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġak 4:1-10
Salm: 54 (55):7-8,9-10a,10b-11a,23

L-Evanġelju: Mk 9:30-37

F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli għaddew minn nofs il-Galilija, u hu ma ried li ħadd ikun jaf, għax beda jgħallem lid-dixxipli tiegħu u jgħidilhom: “Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-bnedmin u joqtluh; u meta jkun maqtul, wara tlitt ijiem iqum mill-mewt.” Iżda huma ma fehmuhx dan il-kliem, u beżgħu jistaqsuh… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Mejju

Marija Omm il-Knisja – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 3:9-15,20 jew Atti 1:12-14
Salm: 86 (87):1-2,3 u 5,6-7

L-Evanġelju: Ġw 19:25-34

F’dak iż-żmien kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesù ommu, oħt ommu, Marija ta’ Kleofa, u Marija ta’ Magdala. Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: “Mara, hawn hu ibnek.” Imbagħad qal lid-dixxiplu: “Hawn hi ommok.” U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 19 ta’ Mejju

Għid il-Ħamsin – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 2:1-11
Salm: 103 (104):1ab,24aċ,29bċ-30,31,34
It-Tieni Qari: Gal 5:16-25

L-Evanġelju:  Ġw 15:26-27; 16:12-15

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Meta jiġi d-Difensur, li se nibagħtilkom mingħand il-Missier, l-Ispirtu tal-verità, li ġej mill-Missier, huwa jixhed għalija. U intom ukoll tixhdu, għax intom kontu miegħi sa mill-bidu. Baqagħli ħafna ħwejjeġ x’ngħidilkom, imma għalissa ma tifilħux għalihom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 28:16-20,30-31
Salm: 10 (11):4,5 u 7

L-Evanġelju: Ġw 21:20-25

F’dak iż-żmien, Pietru dar, u ra lid-dixxiplu li kien iħobb Ġesù miexi warajhom, dak id-dixxiplu li waqt l-ikla kien imtedd fuq sider Ġesù u qallu: “Mulej, min hu li se jittradik?” Pietru, mela, kif ra lil dan, qal lil Ġesù: “U dan, Mulej, x’se jsir minnu?” Ġesù qallu: “Inti x’inhi affarik jekk jiena rridu jibqa’ sa ma niġi? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 25:13b-21
Salm: 102 (103):1-2,11-12,19-20ab

L-Evanġelju: Ġw 21:15-19

F’dak iż-żmien, Ġesù deher lid-dixxipli tiegħu. Wara li kielu xi ħaġa, Ġesù qal lil Xmun Pietru: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni int aktar minn dawn?” Wieġbu: “Iva, Mulej, int taf li nħobbok.” Qallu: “Irgħa l-ħrief tiegħi.”

Staqsieh għat-tieni darba: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni int?” Wieġbu: “Iva, Mulej, int taf li nħobbok.” Qallu: “Irgħa n-nagħaġ tiegħi.”

Għat-tielet darba staqsieh: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni?” Pietru ħass għafsa ta’ qalb għax staqsieh għat-tielet darba, “Tħobbni?”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 22:30; 23:6-11
Salm: 15 (16):1-2a u 5,7-8,9-10,11

L-Evanġelju: Ġw 17:20-26

F’dak iż-żmien, 1Ġesù rafa’ għajnejh lejn is-sema talab u qal: “M’iniex nitlob għal dawn biss, imma wkoll għal dawk li għad jemmnu fija bis-saħħa tal-kelma tagħhom; nitolbok li jkunu lkoll ħaġa waħda. Kif inti fija, Missier, u jiena fik, ħa jkunu huma wkoll ħaġa waħda fina, biex hekk id-dinja temmen li inti bgħattni… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 20:28-38
Salm: 67 (68):29-30,33-35a,35b-36ċ

L-Evanġelju: Ġw 17:11b-19

F’dak iż-żmien, Ġesù rafa’ għajnejh lejn is-sema talab u qal: “Missier qaddis, ħarishom f’ismek dawk li inti tajtni, biex ikunu ħaġa waħda bħalna. Kemm domt magħhom, jiena ħaristhom fl-isem tiegħek, l-isem li tajtni. U jiena ħadt ħsiebhom, u ħadd minnhom ma ntilef ħlief bin it-telfien, biex isseħħ l-Iskrittura. Imma issa jiena ġej għandek, u qiegħed ngħid dan, kif għadni fid-dinja, biex huma jkollhom fihom il-ferħ sħiħ tiegħi… Kompli aqra »