L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-Ħadd: 5 ta’ Settembru

It-Tlieta u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 35:4-7a
Salm: 145(146):7,8-9a,9bċ,10
It-Tieni Qari: Ġak 2:1-5

L-Evanġelju: Mk 7:31-37

F’dak iż-żmien, Ġesù telaq mill-inħawi tal-belt ta’ Tir, għadda minn Sidon lejn il-baħar tal-Galilija, fl-inħawi tad-Dekapoli. U ġibulu wieħed, trux u mbikkem, u talbuh iqegħedlu idu fuqu. Ġesù ħarġu għalih waħdu minn qalb in-nies, daħħal subgħajh f’widnejh u messlu lsienu bir-riq tiegħu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Kol 1, 21-23
Salm: 53 (54), 3-4.6 u 8

L-Evanġelju: Lq 6, 1-5

Ġara li darba s-Sibt Ġesù kien għaddej minn għalqa miżrugħa, u d-dixxipli tiegħu bdew jaqtgħu s-sbul, ifarrkuh b’idejhom u jikluh. Xi wħud mill-Fariżej qalulhom: “Dan kif qegħdin tagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt?”.

Qabeż Ġesù u weġibhom: “Anqas dan ma qrajtu, x’għamel David meta ħadu l-ġuħ, huwa u dawk li kienu miegħu? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Kol 1, 15-20
Salm: 99 (100), 2.3.4.5

L-Evanġelju: Lq 5, 33-39

F’dak iż-żmien, il-Fariżej u l-kittieba tagħhom qalu lil Ġesù: “Id-dixxipli ta’ Ġwanni sikwit isumu u joqogħdu jitolbu, u dawk tal-Fariżej ukoll, imma tiegħek jieklu u jixorbu!”. U Ġesù qalilhom: “Jaqaw tistgħu ġġagħlu lill-ħbieb tal-għarus isumu sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Imma għad jasal iż-żmien meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, u mbagħad isumu dakinhar”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Kol 1, 9-14
Salm: 97 (98), 2-3ab.3ċd-4.5-6

L-Evanġelju: Lq 5, 1-11

Darba l-kotra bdiet tross fuq Ġesù biex tisma’ l-kelma ta’ Alla. Hu kien qiegħed f’xatt l-għadira ta’ Ġennesaret. U ra żewġ dgħajjes qegħdin max-xatt; is-sajjieda kienu niżlu minn fuqhom u kienu qegħdin jaħslu x-xbiek. Tela’ fuq waħda minnhom, li kienet ta’ Xmun, u talbu jaqla’ kemmxejn ’il barra mill-art; imbagħad qagħad bilqiegħda u beda jgħallem lin-nies mid-dgħajsa… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Kol 1, 1-8
Salm: 51 (52), 10.11

L-Evanġelju: Lq 4, 38-44

F’dak iż-żmien, Ġesù qam u telaq mis-sinagoga, u daħal għand Xmun. Issa omm il-mara ta’ Xmun kellha fuqha deni qawwi, u talbuh jgħinha. Resaq fuqha, ordna lid-deni, u d-deni ħallieha. U minnufih qamet u bdiet isservihom.

Hija u nieżla x-xemx, dawk kollha li kellhom il-morda, kien x’kien il-mard tagħhom, ħaduhomlu quddiemu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Tess 5, 1-6.9-11
Salm: 26 (27), 1.4.13-14

L-Evanġelju: Lq 4, 31-37

F’dak iż-żmien, Ġesù niżel Kafarnahum, belt tal-Galilija, u f’jum is-Sibt qagħad jgħallem lin-nies, li baqgħu mistagħġba bil-mod tat-tagħlim tiegħu, għax id-diskors tiegħu kien ta’ wieħed li għandu s-setgħa.

U kien hemm raġel fis-sinagoga li kellu fih spirtu ta’ xitan imniġġes, u qabad jgħajjat b’leħen għoli: “Ah! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Tess 4, 13-18
Salm: 95 (96), 1 u 3. 4-5.11-12.13

L-Evanġelju: Lq 4, 16-30

F’dak iż-żmien, Ġesù ġie Nazaret fejn kien trabba. Daħal fis-sinagoga tagħhom, kif kien imdorri jagħmel nhar ta’ Sibt, u qam biex jaqra. Tawh f’idejh il-ktieb ta’ Isaija l-profeta, fetħu u sab fejn kien hemm miktub dan li ġej: “L-Ispirtu tal-Mulej fuqi, għax hu kkonsagrani… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 29 ta’ Awwissu

It-Tnejn u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 4, 1-2,6-8
Salm: 14(15), 2-3a,3ċd-4ab,5
It-Tieni Qari: Ġak 1, 17-18,21b-22,27

L-Evanġelju: Mk 7, 1-8,14-15,21-23

F’dak iż-żmien, il-Fariżej u xi wħud mill-kittieba li ġew minn Ġerusalemm inġabru ħdejn Ġesù, u raw li xi wħud mid-dixxipli tiegħu kienu qegħdin jieklu b’idejhom mhumiex indaf, jiġifieri mhumiex maħsulin. Għax il-Fariżej, u l-Lhud kollha, biex iħarsu t-tradizzjoni ta’ missirijiethom, ma jmissux ikel qabel ma jkunu ħaslu jdejhom sewwa; hekk ukoll wara li jerġgħu lura mis-suq, ma jiklux jekk ma jinħaslux; u għandhom bosta drawwiet oħra li baqgħu marbutin magħhom minn żmien għal ieħor, bħalma huma l-ħasil tat-tazzi u tal-buqari u tal-ktieli tal-bronż… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Tess 4, 9-11
Salm: 97 (98), 1, 7-8.9

L-Evanġelju: Mt 25, 14-30

F’dak iż-żmien, Ġesù qal din il-parabbola lid-dixxipli tiegħu: “Għax dan bħal wieħed li kien se jsiefer, u sejjaħ lill-qaddejja tiegħu u ħallielhom ġidu f’idejhom. Lil wieħed tah ħames talenti, lil ieħor tnejn, u lil ieħor wieħed, kull wieħed skont il-ħila tiegħu. U siefer… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Tess 4, 1-8
Salm: 96 (97), 1 u 2b. 5-6. 10. 11-12

L-Evanġelju: Mt 25, 1-13

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: “Is-Saltna tas-Smewwiet ixebbhuha ma’ għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus. Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin, għax il-boloh ħadu l-imsiebaħ imma ma ħadux żejt magħhom, waqt li l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ iżda wkoll iż-żejt fil-kwies… Kompli aqra »