L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Tess 3, 7-13
Salm: 89 (90), 3-4.12-13.14 & 17

L-Evanġelju: Mt 24, 42-51

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ishru, mela, għax ma tafuhx il-jum li fih jiġi Sidkom. Kunu afu dan, li kieku sid id-dar kellu jkun jaf f’liema sahra tal-lejl se jiġi l-ħalliel, kien jishar u ma jħallix min jinfidlu l-ħitan ta’ daru… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Awwissu

San Bartilmew, Appostlu – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 21, 9b-14
Salm: 144, 10-13.17-18

L-Evanġelju: Ġw 1, 45-51

F’dak iż-żmien: Filippu sab ’il Natanael u qallu: “Sibna ’l dak li fuqu kitbu Mosè, fil-Liġi, u l-profeti, Ġesù ta’ Nazaret, bin Ġużeppi.” Qallu Natanael: “Tista’ toħroġ xi ħaġa tajba minn Nazaret?” “Ejja u ara,” wieġbu Filippu. Meta Ġesù ra lil Natanael riesaq lejh, qal: “Hawn hu Israeli li jistħoqqlu dan l-isem; ma hemm ebda qerq fih.” Natanael staqsieh: “Rabbi, kif sirt tafni?”

U Ġesù wieġbu: “Rajtek taħt siġra tat-tin qabel ma kellmek Filippu.” “Rabbi,” qallu Natanael, “int l-Iben ta’ Alla, inti s-sultan ta’ Israel!” Ġesù wieġbu: “Qiegħed temmen għax għidtlek li rajtek taħt is-siġra tat-tin? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Tess 1, 1-5.8b-10
Salm: 149, 1-2.3-4.5-6a u 9b

L-Evanġelju: Mt 23, 13-22

F’dak iż-żmien, Ġesù beda jitkellem u jgħid: “Ħażin għalikom intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! Intom tagħlqu s-Saltna tas-Smewwiet għall-bnedmin, u la intom ma tidħlu fiha u lanqas tħallu lil ħaddieħor li jkun irid jidħol!

Ħażin għalikom, intom il-kittieba u l-Fariżej, uċuħ b’oħra! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 22 ta’ Awwissu

Il-Wieħed u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġoż 24, 1-2a,15-17,18b
Salm: 33(34), 2-3,16-17,18-19,20-21,22-23
It-Tieni Qari: Efes 5, 21-32

L-Evanġelju: Ġw 6, 60-69

F’dak iż-żmien, Ġesù tkellem fuq il-ħobż tal-ħajja. Ħafna dixxipli tiegħu, meta semgħuh, qalu: “Iebes dan il-kliem! Min jiflaħ jisimgħu?”. Ġesù ntebaħ waħdu li d-dixxipli tiegħu kienu qegħdin igergru fuq hekk, u qalilhom: “Dan il-kliem qiegħed ifixkilkom? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rut 2, 1-3.8-11; 4, 13-17
Salm: 127 (128), 1-2.3.4.5

L-Evanġelju: Mt 23, 1-12

F’dak iż-żmien, Ġesù kellem lin-nies u lid-dixxipli tiegħu, u qalilhom: “Fuq il-katedra ta’ Mosè qagħdu l-kittieba u l-Fariżej. Mela kulma jgħidulkom huma agħmluh u ħarsuh, iżda tagħmlux kif jagħmlu huma, għax huma kliem biss għandhom, imma fatti xejn. Huma jorbtu qatet kbar u tqal u jgħabbuhom fuq spallejn ħaddieħor, waqt li huma stess anqas b’sebagħhom wieħed ma jridu jħarrkuhom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rut 1, 1.3-6.14b-16.22
Salm: 145 (146), 5-6.7.8-9a.9bċ-10

L-Evanġelju: Mt 22, 34-40

F’dak iż-żmien, il-Fariżej, meta semgħu kif Ġesù lis-Sadduċej kien saddilhom ħalqhom, inġabru madwaru, u wieħed minnhom, għaref fil-Liġi, għamillu din il-mistoqsija biex iġarrbu: “Mgħallem, liema hu l-kmandament il-kbir, fil-Liġi?”.

Qallu Ġesù: ““Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, u b’moħħok kollu”. Dan hu l-kmandament il-kbir u l-ewwel wieħed… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Imħ 11, 29-39a
Salm: 39 (40), 5.7-8a.8b-9.10

L-Evanġelju: Mt 22, 1-14

F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ qabad ikellem lill-kbarat tal-qassisin u lill-fariżej bil-parabboli u qalilhom: “Is-Saltna tas-smewwiet tixbah lil wieħed sultan li għamel festa għat-tieġ ta’ ibnu. U bagħat għall-mistednin mal-qaddejja tiegħu biex jiġu għall-festa; imma dawk ma ridux jiġu.

U reġa’ bagħat qaddejja oħra, u qalilhom: “Għidu lill-mistednin: Ara, il-mejda tiegħi lesta; il-barrin u l-għoġiela msemmna diġà maqtula u kollox lest; ejjew għall-festa”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Imħ 9, 6-15
Salm: 20 (21), 2-3.4-5.6-7

L-Evanġelju: Mt 20, 1-16a

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: “Ara, is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed sid li ħareġ filgħodu kmieni ħafna biex isib nies tax-xogħol u jħaddimhom fl-għalqa tiegħu tad-dwieli. Ftiehem ma’ xi ħaddiema b’dinar kuljum u bagħathom l-għalqa. Ħareġ ukoll madwar it-tielet siegħa, ra oħrajn qegħdin fil-pjazza, bla xogħol, u qalilhom: “Morru intom ukoll l-għalqa, u nagħtikom li jkun ħaqqkom”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Imħ 6, 11-24a
Salm: 84 (85), 9.11-12.13-14

L-Evanġelju: Mt 19, 23-30

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tassew ngħidilkom li l-għani se jsibha iebsa biex jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet! Iva, nerġa’ ngħidilkom, eħfef li ġemel jgħaddi minn għajn ta’ labra milli wieħed għani jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet”.

Id-dixxipli stagħġbu ħafna meta semgħu dan, u qalu: “Mela min jista’ jsalva?”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Imħ 2, 11-19
Salm: 105 (106), 34-35.36-37.39-40.43ab u 44

L-Evanġelju: Mt 19, 16-22

F’dak iż-żmien, resaq wieħed fuq Ġesù u qallu: “Mgħallem, x’għandi nagħmel tajjeb biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?”. U Ġesù qallu: “Għax tistaqsini fuq it-tajjeb? Wieħed hu t-Tajjeb. Jekk int trid tidħol fil-ħajja, ħares il-kmandamenti”. “Liema?”, staqsieh dak. U Ġesù wieġbu: “La toqtolx, la tiżnix, la tisraqx, la tixhidx fil-falz, weġġaħ lil missierek u ’l ommok, u ħobb lil għajrek bħalek innifsek”… Kompli aqra »