L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-Ħadd: 15 ta’ Awwissu

L-Imqaddsa Marija Mtellgħa s-Sema – Solennita’
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 11: 19a, 12: 1-6a. 10ab
Salm: 44: 10bc.11-12ab.16
It-Tieni Qari: 1 Kor 15: 20-26

L-Evanġelju: Lq 1:39-56

F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn il-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet ’il Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fi ħdanha, u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġożwè 24, 14-29
Salm: 15 (16), 1-2a u 5.7-8.11

L-Evanġelju: Mt 19, 13-15

F’dak iż-żmien, ressqu quddiem Ġesù xi tfal żgħar biex iqiegħed idejh fuqhom u jitlob għalihom. Iżda d-dixxipli qabdu jgħajtu magħhom.

U Ġesù qalilhom: “Ħalluhom it-tfal iż-żgħar jiġu għandi, u la żżommuhomx, għax ta’ min hu bħalhom hija s-Saltna tas-Smewwiet”. Imbagħad qiegħed idejh fuqhom u telaq minn hemm… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġoż 24, 1-13
Salm: 135 (136), 1-3.16-18.21-22 u 24

L-Evanġelju: Mt 19, 3-12

F’dak iż-żmien, resqu fuq Ġesù xi Fariżej biex iġarrbuh, u qalulu: “Jista’ wieħed jitlaq lil martu fuq xi ħaġa, tkun xi tkun?”. Iżda hu qalilhom: “Ma qrajtux li sa mill-bidu l-Ħallieq għamilhom raġel u mara, u qal: “Minħabba f’hekk raġel iħalli lil missieru u ’l ommu u jingħaqad ma’ martu u t-tnejn isiru ġisem wieħed?”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġoż 3, 7-10a.11.13-17
Salm: 113A (114) , 1-2.3-4.5-6

L-Evanġelju: Mt 18, 21 – 19, 1

F’dak iż-żmien, Pietru resaq lejn Ġesù u qallu: “Mulej, xi kemm-il darba jrid jonqosni ħija biex jiena naħfirlu? Sa seba’ darbiet?”. U Ġesù wieġbu: “Ma ngħidlikx sa seba’ darbiet, imma sa sebgħa u sebgħin darba.

Għalhekk is-Saltna tas-Smewwiet nistgħu nxebbhuha ma’ wieħed sultan, li ried jagħmel il-kontijiet mal-qaddejja tiegħu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 34, 1-12
Salm: 65 (66), 1-3a.5 u 16-17

L-Evanġelju: Mt 18, 15-20

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk ħuk jaqa’ f’xi dnub, mur sibu waħdu u widdbu. Jekk jisma’ minnek, tkun irbaħt lura lil ħuk. Jekk ma jismax, erġa’ mur u ħu miegħek wieħed jew tnejn oħra, biex kulma jingħad jissaħħaħ bil-kelma ta’ żewġ xhieda jew tlieta… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Awwissu

San Lawrenz, Djaknu u Martri – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Kor 9: 6-10
Salm: 111: 1-2.5-9

L-Evanġelju: Ġw 12: 24-26

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Fis-sewwa, fis-sewwa ngħidilkom, jekk il-ħabba tal-qamħ ma taqax fl-art u tmut, hi tibqa’ weħidha; imma jekk tmut, tagħmel ħafna frott.

Min iħobb ’il ħajtu jitlifha; imma min jobgħod ’il ħajtu f’did-dinja iżommha sħiħa għall-ħajja ta’ dejjem… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Awwissu

S. Tereża Benedetta tas-Salib (Edith Stein) – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ħos 2, 16b.17b.21-22
Salm: 44, 11-12.14-17

L-Evanġelju: Mt 25, 1-13

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: “Is-Saltna tas-Smewwiet issir tixbah lil għaxar xebbiet li ħarġu bl-imsiebaħ tagħhom biex jilqgħu l-għarus. Ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa għaqlin, għax il-boloh ħadu l-imsiebaħ u ma ħadux żejt magħhom, waqt li l-għaqlin ħadu mhux biss l-imsiebaħ, iżda wkoll iż-żejt fil-kwies… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 8 ta’ Awwissu

Id-Dsatax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Slat 19, 4-8
Salm: 33(34), 2-3,4-5,6-7,8-9
It-Tieni Qari: Efes 4, 30–5:2

L-Evanġelju: Ġw 6, 41-51

F’dak iż-żmien, il-Lhud bdew igergru fuq Ġesù għax kien qal: “Jiena hu l-ħobż li niżel mis-sema”. U bdew jgħidu: “Dan mhuwiex Ġesù bin Ġużeppi? Lil missieru u ’l ommu ma nafuhomx? Mela kif qiegħed jgħid: ‘Jiena nżilt mis-sema’?”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 6, 4-13
Salm: 17 (18), 2-3a.3bċ-4.47 u 51ab

L-Evanġelju: Mt 17, 14-20

F’dak iż-żmien, resaq fuq Ġesù wieħed raġel niżel għarkupptejh quddiemu u qallu: “Mulej, ikollok ħniena minn ibni, għax marid b’tal-qamar u qiegħed ibati ħafna; għax sikwit jaqa’ jew fin-nar jew fl-ilma. Ġibtu lid-dixxipli tiegħek, iżda ma setgħux ifejquh”. Wieġeb Ġesù u qal: “Ja nies bla fidi u ħżiena! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Awwissu

It-Trasfigurazzjoni tal-Mulej – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 7, 9-10. 13-14
Salm: 96, 1-2.5-6.9

L-Evanġelju: Mt 17, 1-9

Sitt ijiem wara, Ġesù ħa miegħu lil Pietru u ’l Ġakbu u ’l ħuh Ġwanni, tellagħhom fuq muntanja għolja weħidhom, u tbiddel quddiemhom. Wiċċu sar jiddi bħax-xemx, u lbiesu sar abjad bħad-dawl. U dehrulhom Mosè u Elija jitħaddtu miegħu. Qabeż Pietru u qal lil Ġesù: “Mulej, kemm hu sew li aħna hawn! … Kompli aqra »