L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 32, 22-32
Salm: 16 (17), 1.2-3.6-7.8b & 15

L-Evanġelju: Mt 9, 32-38

F’dak iż-żmien, in-nies ġabu quddiem Ġesù wieħed imbikkem maħkum mix-xitan. Ġesù keċċa x-xitan, u l-imbikkem qabad jitkellem. In-nies stagħġbu, u bdew jgħidu: “Ħaġa bħal din qatt ma dehret f’Iżrael!”. Imma l-Fariżej qalu: “Dan bis-saħħa tal-Prinċep tax-xjaten qiegħed ikeċċi x-xjaten”.

Ġesù dar l-ibliet kollha u l-irħula jgħallem fis-sinagogi, ixandar l-Evanġelju tas-Saltna, u jfejjaq kull xorta ta’ mard u ’l kull min kien nieqes minn saħħtu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 28, 10-22a
Salm: 90 (91), 1-2.3-4.14-15ab

L-Evanġelju: Mt 9, 18-26

F’dak iż-żmien, resaq lejn Ġesù wieħed mill-kapijiet, inxteħet f’riġlejh u qallu: “Binti iss’issa għadha kemm mietet. Imma int ejja qiegħed idek fuqha u hija tgħix”. Ġesù qam u mar warajh flimkien mad-dixxipli tiegħu.

Mela waħda mara, li kienet ilha tnax-il sena sħaħ tbati bit-tnixxija tad-demm, resqet lejh minn wara u messitlu t-tarf tal-libsa, għax bejnha u bejn ruħha qalet: “Imqar jekk immiss il-libsa tiegħu, infiq”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 4 ta’ Lulju

L-Erbatax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 2, 2-5
Salm: 122(123), 1-2a,2bċd,3-4
It-Tieni Qari: 2 Kor 12, 7-10

L-Evanġelju: Mk 6, 1-6

F’dak iż-żmien Ġesù mar lejn pajjiżu u d-dixxipli tiegħu marru miegħu. Meta wasal is-Sibt, daħal jgħallem fis-sinagoga, u l-ħafna li semgħuh bdew jistagħġbu u jgħidu: “Mnejn kisbu dan kollu? U x’inhu dan l-għerf li ngħatalu biex saħansitra qegħdin isiru dawn l-għeġubijiet kbar b’idejh? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Lulju

San Tumas, Appostlu – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ef 2, 19-22
Salm: 116, 1.2

L-Evanġelju: Ġw 20:24-29

Wieħed mit-Tnax, Tumas, imlaqqam it-Tewmi, ma kienx magħhom meta ġie Ġesù. Għalhekk id-dixxipli l-oħra qalulu: “Rajna l-Mulej”. Iżda hu qalilhom: “Jekk ma narax f’idejh il-marka tal-imsiemer, jekk ma nqegħidx sebgħi fuq il-marka tal-imsiemer u idi fuq ġenbu, jiena ma nemminx”.

Tmint ijiem wara, id-dixxipli reġgħu kienu ġewwa u Tumas kien magħhom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 23, 1-4.19; 24, 1-8.62-67
Salm: 105 (106), 1-2.3-4a.4b-5

L-Evanġelju: Mt 9, 9-13

F’dak iż-żmien, Ġesù ra wieħed bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi; kien jismu Mattew. “Ejja warajja!” qallu. Dak qam u mar warajh. U ġara li, kif qagħad għandu għall-mejda, ġew bosta pubblikani u midinbin u qagħdu madwar il-mejda ma’ Ġesù u d-dixxipli tiegħu.

Meta raw dan il-Fariżej qalu lid-dixxipli: “Għaliex jiekol mal-pubblikani u l-midinbin l-Imgħallem tagħkom?”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Lulju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 22, 1-19
Salm: 116 (117), 1-2.3-4.5-6.8-9

L-Evanġelju: Mt 9, 1-8

F’dak iż-żmien, Ġesù tala’ f’dgħajsa, qasam il-baħar u baqa’ sejjer fil-belt tiegħu. U ħadulu quddiemu wieħed mifluġ, mixħut fuq friex. Kif ra l-fidi tagħhom, Ġesù qal lill-mifluġ: “Agħmel il-qalb, ibni; dnubietek maħfura”.

Xi wħud mill-kittieba bdew jgħidu fihom infushom: “Dan qiegħed jidgħi”. Ġesù għaraf x’kienu qegħdin jaħsbu, u qalilhom: “Imma għaliex qegħdin taħsbu ħażin f’qalbkom? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 21, 5.8-20
Salm: 33 (34), 7-8.10-11.12-13

L-Evanġelju: Mt 8, 28-34

F’dak iż-żmien, Ġesù wasal ix-xatt l-ieħor, fil-pajjiż tal-Gadarin, u tnejn min-nies, maħkumin mix-xitan, ħarġu mill-oqbra u resqu fuqu. Kienu qliel wisq; ħadd ma kien jista’ jgħaddi bihom minn dik it-triq. U nfexxew jgħajtu u jgħidu: “Aħna x’għandna x’naqsmu, Bin Alla? Ġejt hawn biex taħqarna qabel iż-żmien?”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Ġunju

San Pietru u San Pawl, Appostli – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 12, 1-11
Salm: Salm 33, 2-9
It-Tieni Qari: Tim 4, 6-8. 17-18

L-Evanġelju: Mt 16, 13-19

F’dak iż-żmien: Meta wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, Ġesù staqsa lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “In-nies min jgħidu li hu Bin il-bniedem?” U huma weġbuh: “Xi wħud Ġwanni l-Battista, oħrajn Elija, u oħrajn Ġeremija jew wieħed mill-profeti.” “Imma intom,” qalilhom, “intom min tgħidu li jien?” U qabeż Xmun Pietru u qallu: “Inti l-Messija, l-Iben ta’ Alla ħaj.”

U wieġbu Ġesù u qallu: “Imbierek int, Xmun, bin Ġona, għax mhux il-laħam u d-demm urewk min jien, imma Missieri li hu fis-smewwiet… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 18, 16-33
Salm: 102 (103), 1-2.3-4.8-9.10-11

L-Evanġelju: Mt 8, 18-22

F’dak iż-żmien, meta ra ruħu mdawwar b’ħafna nies, Ġesù ordna li jaqsmu għax-xatt l-ieħor. Imbagħad resaq fuqu wieħed mill-kittieba u qallu: “Mgħallem, tmur fejn tmur, jiena niġi warajk”. Imma Ġesù wieġbu: “Il-volpijiet għandhom l-għerien tagħhom, u l-għasafar tas-sema l-bejtiet; iżda Bin il-bniedem ma għandux fejn imidd rasu”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 27 ta’ Ġunju

It-Tlettax-il Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għerf 1, 13-15; 2, 23-24
Salm: 29(30), 2,4,5-6,11,12a,13b
It-Tieni Qari: 2 Kor 8:7,9,13-15

L-Evanġelju: Mk 5, 21-43

F’dak iż-żmien, wara li Ġesù raġa’ qasam bid-dgħajsa għax-xatt l-ieħor, waqt li kien ħdejn il-baħar inġabret madwaru kotra kbira ta’ nies. U ġie wieħed mill-kapijiet tas-sinagoga, jismu Ġajru. Dan, malli rah, inxteħet f’riġlejh, u talbu ħafna u qallu: “Binti ż-żgħira waslet fl-aħħar; ejja qiegħed idejk fuqha, ħalli tfiq u tgħix”… Kompli aqra »