L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-Ħadd: 6 ta’ Ġunju

Il-Ġisem u d-Demm Għażiż tal-Mulej – Solennita’
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eż 24, 3-8
Salm: 115(116), 12-13,15,16bċ,17-18
It-Tieni Qari: Lhud 9, 11-15

L-Evanġelju: Mk 14, 12-16,22-26

Fl-ewwel jum tal-Ażżmi, meta kienu jissagrifikaw il-ħaruf tal-Għid, id-dixxipli tiegħu qalu lil Ġesù: “Fejn tridna mmorru nħejju biex tiekol l-ikla tal-Għid?”.

Imbagħad hu bagħat tnejn mid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Morru l-belt, u tiltaqgħu ma’ raġel iġorr ġarra ilma… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Tob 12, 1.5-15.20
Salm: Tob 13, 2.6.7.8

L-Evanġelju: Mk 12, 38-44

F’dak iż-żmien, Ġesù, hu u jgħallem lin-nies fit-tempju qalilhom: “Iftħu għajnejkom mill-kittieba, li jħobbu jduru mat-toroq bi lbiesi twal, jixtiequ min isellmilhom fil-pjazez, u fis-sinagogi joqogħdu fis-siġġijiet ta’ quddiem, u fil-postijiet ewlenin fil-pranzijiet; iberbqu ġid ir-romol, u mbagħad għal wiċċ in-nies idumu ħafna jitolbu. Dawn jieħdu kundanna aktar iebsa”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Tob 11, 5-17
Salm: 145 (146), 1b-2abċ.6ċ-7.8-9a.9bċ-10

L-Evanġelju: Mk 12, 35-37

F’dak iż-żmien, hu u jgħallem fit-tempju, Ġesù qabad u qal: “Din kif inhi li l-kittieba jgħidu li l-Messija huwa bin David? David stess, imnebbaħ mill-Ispirtu s-Santu, qal: ‘Il-Mulej qal lil Sidi: Oqgħod fuq il-lemin tiegħi, sa ma nkun qegħedt l-għedewwa tiegħek taħt riġlejk’. Jekk David stess sejjaħlu Sidu, mela kif inhu ibnu?”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Ġunju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Tob 6, 10-11; 7, 1.9-17; 8, 4-9a
Salm: 127 (128), 1-2.3.4-5

L-Evanġelju: Mk 12, 28b-34

F’dak iż-żmien, wieħed mill-kittieba resaq fuq Ġesù u staqsieh: “Liema wieħed fost il-kmandamenti kollha huwa l-ewwel?”. Ġesù wieġbu: “L-ewwel wieħed huwa dan: Isma’ Iżrael; il-Mulej, Alla tagħna, Mulej wieħed hu, u int għandek tħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, b’moħħok kollu, u bil-qawwa tiegħek kollha… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Ġunju

L-Ewwel Qari: Tob 3, 1-11a.16-17a
Salm: 24 (25), 2-3a.4b-5ab.6-7bċ.8-9

L-Evanġelju: Mk 12, 18-27

F’dak iż-żmien, resqu lejn Ġesù xi Sadduċej, li jgħidu li ma hemmx qawmien mill-imwiet, u għamlulu din il-mistoqsija: “Mgħallem, Mosè ħallielna miktub li, jekk wieħed imutlu ħuh u dan iħalli warajh lil martu bla tfal, dak ikollu jiżżewweġ l-armla hu biex inissel ulied għal ħuh. Mela jkun hemm sebat aħwa, u l-kbir iżżewweġ u miet bla ma ħalla tfal… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Ġunju

L-Ewwel Qari: Tob 2, 9-14
Salm: 111 (112), 1-2.7bċ-8.9

L-Evanġelju: Mk 12, 13-17

F’dak iż-żmien, bagħtu għand Ġesù xi Fariżej u Erodjani biex jonsbuh f’xi kelma. Ġew u qalulu: “Mgħallem, aħna nafu li inti raġel tħobb is-sewwa u li ma tħabbel rasek b’ħadd, għax int lejn wiċċ ħadd ma tħares, imma t-triq ta’ Alla tgħallimha kif tassew hi. Sewwa jew le li wieħed iħallas it-taxxa lil Ċesari? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Mejju

Iż-Żjara tal-Imqaddsa Verġni Marija – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sof 3: 14-18
Salm: 12, 2-6

L-Evanġelju: Lq 1: 39-56

F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn il-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet ’il Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fi ħdanha, u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 30 ta’ Mejju

It-Trinità Qaddisa – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 4: 32-34,39-40
Salm: 32(33): 4-5,6,9,18-19,20,22
It-Tieni Qari: Rum 8:14-17

L-Evanġelju: Mt 28:16-20

F’dak iż-żmien, il-ħdax-il dixxiplu telqu lejn il-Galilija u marru fuq il-muntanja fejn kien ordnalhom Ġesù. Kif rawh, inxteħtu quddiemu, għalkemm xi wħud iddubitaw. Ġesù resaq ikellimhom u qalilhom: “Lili ngħatat kull setgħa fis-sema u fl-art. Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, u għammduhom fl-isem tal-Missier u tal-Iben u tal-Ispirtu s-Santu, u għallmuhom iħarsu dak kollu li ordnajtilkom jien… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 51, 17-27
Salm: 18 (19), 8.9.10.11

L-Evanġelju: Mk 11, 27-33

F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli tiegħu mill-ġdid marru Ġerusalemm. Kif kien qiegħed idur fit-tempju, resqu fuqu l-qassisin il-kbar u l-kittieba u x-xjuħ u staqsewh: “Int b’liema setgħa qiegħed tagħmlu dan kollu? U min tahielek din is-setgħa biex tagħmlu?”. Ġesù qalilhom: “Ħa nagħmlilkom mistoqsija waħda jien… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 44, 1.9-13
Salm: 149 (150), 1-2.3-4.5-6a & 9b

L-Evanġelju: Mk 11, 11-26

Wara d-daħla messjanika f’Ġerusalemm, Ġesù baqa’ sejjer fit-tempju, ta ħarsa madwaru, u mbagħad, billi kien ġa sar il-ħin, ħareġ biex imur Betanja mat-Tnax.

L-għada, kif ħarġu minn Betanja, ħadu l-ġuħ. Mill-bogħod lemaħ siġra tat-tin kollha weraq, u mar jara jsibx xi ħaġa fiha… Kompli aqra »