L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 42, 15-26
Salm: 32 (33), 2-3.4-5.6-7.8-9

L-Evanġelju: Mk 10, 46-52

F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien ħiereġ minn Ġeriko flimkien mad-dixxipli tiegħu u ma’ kotra kbira ta’ nies, kien hemm wieħed tallab agħma, jismu Bartimew, bin Timew, bilqiegħda mal-ġenb tat-triq. Dan, meta sama’ li kien Ġesù ta’ Nazaret, qabad jgħajjat u jgħid: “Ġesù, bin David, ikollok ħniena minni!”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 36, 1-2a.5-6.13-19 (gr. 1.4-5a.10-17)
Salm: 78 (79), 8.9.11 u 13

L-Evanġelju: Mk 10, 32-45

F’dak iż-żmien, kienu mexjin fit-triq, telgħin lejn Ġerusalemm, u Ġesù kien miexi quddiemhom; u huma kienu mgħaġġbin, u l-oħrajn li kienu mexjin warajhom kienu mbeżżgħin.

Raġa’ sejjaħ it-Tnax ħdejh, u beda jgħidilhom x’kien se jgħaddi minn għalih: “Ara, issa aħna telgħin Ġerusalemm, u Bin il-bniedem se jingħata f’idejn il-qassisin il-kbar u l-kittieba, li jaqtgħuhielu għall-mewt u jerħuh f’idejn il-pagani; dawn imbagħad jiddieħku bih, jobżqulu fuqu, jagħtuh is-swat u joqtluh, u wara tlitt ijiem iqum mill-mewt”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 35, 1-15
Salm: 49 (50), 5-6.7-8.14 u 23

L-Evanġelju: Mk 10, 28-31

F’dak iż-żmien, qabeż Pietru u qal lil Ġesù: “Tajjeb! Aħna ħallejna kollox u ġejna warajk”. Qallu Ġesù: “Tassew ngħidilkom, li fost dawk kollha li minħabba fija u l-Evanġelju jħallu lil darhom jew lil ħuthom jew lil ommhom jew lil missierhom jew lil uliedhom jew l-għelieqi tagħhom, ma hemm ħadd fosthom li minn issa, f’din id-dinja stess, ma jirċevix, għal mitt darba iktar, djar, aħwa, subien u bniet, ommijiet, ulied u għelieqi flimkien ma’ persekuzzjonijiet, u l-ħajja ta’ dejjem fiż-żmien li ġej… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Mejju

Marija, Omm il-Knisja
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 3, 9-15-20 jew Atti 1, 12-14
Salm: 86 (87), 1-2.3 u 5.6-7

L-Evanġelju: Ġw 19, 25-34

F’dak iż-żmien kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesù ommu, oħt ommu, Marija ta’ Kleofa, u Marija ta’ Magdala. Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: “Mara, hawn hu ibnek.”

Imbagħad qal lid-dixxiplu: “Hawn hi ommok.” U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 23 ta’ Mejju

Għid il-Ħamsin – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 2, 1-11
Salm: 103 (104), 1ab,24ac, 29bc-30,31,34
It-Tieni Qari: Gal 5, 16-25

L-Evanġelju: Ġw 15, 26-27; 16, 12-15

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Meta jiġi d-Difensur, li se nibagħtilkom mingħand il-Missier, l-Ispirtu tal-verità, li ġej mill-Missier, huwa jixhed għalija. U intom ukoll tixhdu, għax intom kontu miegħi sa mill-bidu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 28, 16-20. 30-31
Salm: 10 (11), 4.5 u 7

L-Evanġelju: Ġw 21, 20-25

F’dak iż-żmien, Pietru dar, u ra lid-dixxiplu li kien iħobb Ġesù miexi warajhom, dak id-dixxiplu li waqt l-ikla kien imtedd fuq sider Ġesù u qallu: “Mulej, min hu li se jittradik?”. Pietru, mela, kif ra lil dan, qal lil Ġesù: “U dan, Mulej, x’se jsir minnu?”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 25, 13b-21
Salm: 102 (103), 1-2.11-12.19-20ab

L-Evanġelju: Ġw 21, 15-19

F’dak iż-żmien, Ġesù deher lid-dixxipli tiegħu. Wara li kielu xi ħaġa, Ġesù qal lil Xmun Pietru: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni int aktar minn dawn?”. Wieġbu: “Iva, Mulej, int taf li nħobbok”. Qallu: “Irgħa l-ħrief tiegħi”.

Staqsieh għat-tieni darba: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni int?”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 22, 30; 23, 6-11
Salm: 15 (16), 1-2a u 5.7-8.9-10.11

L-Evanġelju: Ġw 17, 20-26

F’dak iż-żmien, Ġesù rafa’ għajnejh lejn is-sema talab u qal: “M’iniex nitlob għal dawn biss, imma wkoll għal dawk li għad jemmnu fija bis-saħħa tal-kelma tagħhom; nitolbok li jkunu lkoll ħaġa waħda. Kif inti fija, Missier, u jiena fik, ħa jkunu huma wkoll ħaġa waħda fina, biex hekk id-dinja temmen li inti bgħattni… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 20, 28-38
Salm: 67 (68), 29-30.33-35a.35b-36ċ

L-Evanġelju: Ġw 17, 11b-19

F’dak iż-żmien, Ġesù rafa’ għajnejh lejn is-sema talab u qal: “Missier qaddis, ħarishom f’ismek dawk li inti tajtni, biex ikunu ħaġa waħda bħalna. Kemm domt magħhom, jiena ħaristhom fl-isem tiegħek, l-isem li tajtni. U jiena ħadt ħsiebhom, u ħadd minnhom ma ntilef ħlief bin it-telfien, biex isseħħ l-Iskrittura… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 20, 17-27
Salm: 67 (68), 10-11.20-21

L-Evanġelju: Ġw 17, 1-11a

F’dak iż-żmien, Ġesù rafa’ għajnejh lejn is-sema u qal: “Missier, waslet is-siegħa; agħti glorja lil Ibnek biex l-Iben jagħti glorja lilek, bħalma int tajtu s-setgħa fuq kull bniedem biex jagħti l-ħajja ta’ dejjem lil dawk kollha li inti fdajtlu.

Din hi l-ħajja ta’ dejjem, li jagħrfu lilek, Alla waħdek veru, u lil Ġesù Kristu, li inti bgħatt… Kompli aqra »