L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 20, 17-27
Salm: 67 (68), 10-11.20-21

L-Evanġelju: Ġw 17, 1-11a

F’dak iż-żmien, Ġesù rafa’ għajnejh lejn is-sema u qal: “Missier, waslet is-siegħa; agħti glorja lil Ibnek biex l-Iben jagħti glorja lilek, bħalma int tajtu s-setgħa fuq kull bniedem biex jagħti l-ħajja ta’ dejjem lil dawk kollha li inti fdajtlu.

Din hi l-ħajja ta’ dejjem, li jagħrfu lilek, Alla waħdek veru, u lil Ġesù Kristu, li inti bgħatt… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 19, 1-8
Salm: 67 (68), 2-3.4-5aċ.6-7ab

L-Evanġelju: Ġw 16, 29-33

F’dak iż-żmien, id-dixxipli qalu lil Ġesù: “Ara, issa qiegħed titkellem bil-miftuħ, u ebda tixbiha ma inti tgħid. Issa nafu li int taf kollox, u ma għandekx bżonn li wieħed jistaqsik. Għalhekk aħna nemmnu li inti ħriġt mingħand Alla”. Weġibhom Ġesù: “Temmnu issa? Ara, għad tiġi siegħa, u ġa waslet, meta tixterdu kull wieħed lejn daru, u lili tħalluni waħdi… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 16 ta’ Mejju

Is-Seba’ Ħadd tal-Għid
Tlugħ il-Mulej fis-Sema – Solennità

L-Ewwel Qari: Atti 1, 1-11
Salm: 46(47), 2-3,6-7,8-9
It-Tieni Qari: Efes 4, 1-13

L-Evanġelju: Mk 16, 15-20

F’dak iż-żmien, Ġesù wera ruħu lill-Ħdax u qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu: f’ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu jdejhom fuq il-morda u dawn ifiqu”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 18, 23-28
Salm: 46 (47), 2-3.8-9.10

L-Evanġelju: Ġw 16, 23b-28

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tassew tassew ngħidilkom, kulma titolbu lil Missieri f’ismi jagħtihulkom. Sa issa ma tlabtu xejn f’ismi. Itolbu u taqilgħu, biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ. Dan għedthulkom bit-tixbihat. Għad tasal siegħa meta ma nkellimkomx aktar bit-tixbihat, imma bil-miftuħ inħabbrilkom dwar il-Missier… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Mejju

San Mattija, Appostlu – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 1, 15-17. 20-26
Salm: 112, 1-8

L-Evanġelju: Ġw 15, 9-17

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi. Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti, kif jien ħarist il-kmandamenti ta’ Missieri u qiegħed fi mħabbtu.

Għidtilkom dan biex il-ferħ tiegħi jkun fikom, u biex il-ferħ tagħkom ikun fil-milja tiegħu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Mejju

Il-Verġni Marija ta’ Fatima – Tifkira
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 18, 1-8
Salm: 97 (98), 1.2-3ab.3ċd-4

L-Evanġelju: Ġw 16, 16-20

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; imbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni”. Għalhekk xi wħud mid-dixxipli tiegħu bdew jgħidu bejniethom: “X’ifisser dan li qiegħed jgħid: “Ftit ieħor u ma tarawnix aktar; imbagħad ftit ieħor u terġgħu tarawni”, u li: “Jiena sejjer għand il-Missier”?”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 17, 15.22 – 18, 1
Salm: 148, 1-2.11-12ab.12ċ-13a.13bċd-14

L-Evanġelju: Ġw 16, 12-15

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Baqagħli ħafna ħwejjeġ x’ngħidilkom, imma għalissa ma tifilħux għalihom. Meta jiġi hu, l-Ispirtu tal-verità, iwassalkom għall-verità kollha; għaliex hu ma jgħid xejn minn tiegħu, imma jgħid dak li jisma’, u jħabbrilkom il-ġejjieni. Hu jagħtini glorja, għaliex jieħu minn dak li hu tiegħi u jħabbru lilkom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Mejju

L-Ewwel Qari: Atti 16, 22-34
Salm: 137 (138), 1-2a.2bċ-3.7ċ-8

L-Evanġelju: Ġw 16, 5-11

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Issa sejjer għand dak li bagħatni, u ħadd minnkom ma jistaqsini: “Fejn sejjer?”. Imma għax għedtilkom dan, qalbkom imtliet bin-niket. Madankollu, ngħidilkom is-sewwa, jaqblilkom li jiena mmur; għaliex, jekk ma mmurx, id-Difensur ma jiġix għandkom; imma jekk immur, nibgħathulkom.

U meta huwa jiġi, juri lid-dinja li għandha żball dwar id-dnub, il-ġustizzja u l-ġudizzju… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Mejju

San Ġorġ Preca, Saċerdot – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Sir 21, 11-17, 21 jew 2 Tim 2, 1-11
Salm: 119, 32-42

L-Evanġelju: Mk 16, 14a. 15-20

Fl-aħħar Ġesù wera ruħu lill-ħdax stess waqt li kienu fuq il-mejda, u qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu: f’ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.”

U hekk il-Mulej Ġesù, wara li kellimhom, kien imtella’ fis-sema u qagħad in-naħa tal-lemin ta’ Alla… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 9 ta’ Mejju

Is-Sitt Ħadd tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 10, 25-26,34-35,44-48
Salm: 97(98), 1,2-3ab,3ċd-4
It-Tieni Qari: 1 Ġw 4:7-10

L-Evanġelju: Ġw 15:9-17

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi. Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti, kif jiena ħarist il-kmandamenti ta’ Missieri u qiegħed fi mħabbtu. Għedtilkom dan biex il-ferħ tiegħi jkun fikom, u biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ… Kompli aqra »