L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 16, 1-10
Salm: 99 (100), 1-2.3.5

L-Evanġelju: Ġw 15, 18-21

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk id-dinja tobgħodkom, kunu afu li lili bagħditni qabel ma bagħdet lilkom. Kieku intom kontu tad-dinja, id-dinja kienet tħobbkom bħalma tħobb dak li hu tagħha; iżda billi m’intomx tad-dinja, għax jien ħriġtkom mid-dinja, id-dinja tobgħodkom.

Ftakru fil-kelma li għedtilkom: il-qaddej mhuwiex akbar minn sidu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 15, 22-31
Salm: 56 (57), 8-9.10-12

L-Evanġelju: Ġw 15, 12-17

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Dan hu l-kmandament tiegħi: li tħobbu lil xulxin kif ħabbejtkom jien. Ħadd ma għandu mħabba akbar minn din: li wieħed jagħti ħajtu għal ħbiebu. Intom ħbiebi, jekk tagħmlu dak li jiena nikkmandakom. Ma nsejħilkomx aktar qaddejja, għax il-qaddej ma jafx x’jagħmel sidu; sejjaħtilkom ħbieb, għaliex kulma smajt mingħand Missieri jiena għarrafthulkom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 15, 7-21
Salm: 95 (96), 1-2a.2b-3.10

L-Evanġelju: Ġw 15, 9-11

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kif ħabbni Missieri, hekk ħabbejtkom jiena. Ibqgħu fl-imħabba tiegħi. Jekk tħarsu l-kmandamenti tiegħi, intom tibqgħu fi mħabbti, kif jiena ħarist il-kmandamenti ta’ Missieri u qiegħed f’imħabbtu. Għedtilkom dan biex il-ferħ tiegħi jkun fikom, u biex il-ferħ tagħkom ikun sħiħ”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 15, 1-6
Salm: 121 (122), 1-2.3-4a.4b-5

L-Evanġelju: Ġw 15, 1-8

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi. Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott jaqtagħha; u kull waħda li tagħmel il-frott jiżborha u jnaddafha, biex tagħmel frott aktar. Intom ġa ndaf minħabba l-kelma li għedtilkom. Ibqgħu fija, u jiena nibqa’ fikom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Mejju

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 14, 19-28
Salm: 144 (145), 10-11.12-13ab.21

L-Evanġelju: Ġw 14, 27-31a

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jiena nħallilkom is-sliem; nagħtikom is-sliem tiegħi; ma nagħtihulkomx kif tagħtih id-dinja. Tħallux qalbkom titħawwad u anqas titbeżża’. Smajtu x’għedtilkom: “Jiena sejjer u nerġa’ niġi għandkom”.

Kieku kontu tħobbuni, kontu tifirħu li sejjer għand il-Missier, għax il-Missier hu akbar minni… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Mejju

Qari tal-jum
San Filippu u San Ġakbu, Appostli – Festa

L-Ewwel Qari: 1Kor 15,1-8
Salm: 18, 2-5

L-Evanġelju: Ġw 14, 6-14

F’dak iż-żmien: Ġesù qal lil Tumas: “Jiena hu t-Triq, is-Sewwa u l-Ħajja. Ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux bija. Kieku għaraftu lili, kontu tagħarfu wkoll ’il Missieri. Minn issa ’l quddiem tagħarfuh u rajtuh.”

Qallu Filippu: “Mulej, urina l-Missier, u jkun biżżejjed għalina.” Ġesù wieġbu: “Ili daqshekk magħkom, u int, Filippu, għadek ma għaraftnix? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 2 ta’ Mejju

Qari tal-jum
Il-Ħames Ħadd tal-Għid

L-Ewwel Qari: Atti 9:26-31
Salm: 21(22):26b-27,28,30,31-32
It-Tieni Qari: 1 Ġw 3:18-24

L-Evanġelju: Ġw 15:1-8

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jiena d-dielja vera u Missieri l-bidwi. Kull fergħa fija li ma tagħmilx frott jaqtagħha; u kull waħda li tagħmel il-frott jiżborha u jnaddafha, biex tagħmel frott aktar. Intom ġa ndaf minħabba l-kelma li għedtilkom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Mejju

Qari tal-jum
San Ġużepp Ħaddiem

L-Ewwel Qari: Ġen 1, 26-2, 3 jew Kol 3, 14-15. 17. 23-24
Salm: 89, 2-4. 12. 1. 16

L-Evanġelju: Mt 13, 54-56

F’dak iż-żmien: Ġesù ġie f’pajjiżu, u daħal jgħallem in-nies fis-sinagoga tagħhom; tant għaġġibhom li bdew jgħidu: “Mnejn kisbu dan il-għerf u dawn l-għeġubijiet? Dan mhuwiex bin il-mastrudaxxa? Ommu mhijiex dik li jisimha Marija, u ħutu Ġakbu u Ġużeppi u Xmun u Ġuda? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ April

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 13, 26-33
Salm: Salm 2, 6-7.8-9.10-11

L-Evanġelju: Ġw 14, 1-6

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tħallux qalbkom titħawwad! Emmnu f’Alla, u emmnu fija wkoll. Fid-dar ta’ Missieri hemm ħafna postijiet. Li ma kienx hekk, kont ngħidilkom: “Sejjer inħejjilkom fejn toqogħdu”? U meta mmur u nħejjilkom post, nerġa’ niġi biex neħodkom miegħi biex, fejn inkun jien, tkunu intom ukoll… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ April

Qari tal-jum
Santa Katerina ta’ Siena, verġni, duttur tal-Knisja u patruna tal-Ewropa – Festa

L-Ewwel Qari: 1 Ġw 1, 5-2:2
Salm: 102, 1-4.8-9.13-14.17-18

L-Evanġelju: Mt 11, 25-30

F’dak iż-żmien: Ġesù qabad u qal: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, talli inti, dawn il-ħwejjeġ, ħbejthom lil min hu għaref u lil min jifhem, u għarrafthom lil min hu ċkejken. Iva, Missier, għax hekk għoġob lir-rieda tiegħek… Kompli aqra »