L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ April

L-Ottava tal-Għid – Il-Ħamis
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 3, 11-26
Salm: 8, 2a u 5.6-7.8-9

L-Evanġelju: Lq 24, 35-48

F’dak iż-żmien, id-dixxipli ta’ Għemmaws kienu qegħdin itarrfu x’kien ġralhom fit-triq, u kif kienu għarfu lil Ġesù fil-qsim tal-ħobż. Kif kienu għadhom jitkellmu, Ġesù nnifsu waqaf f’nofshom u qalilhom: “Is-sliem għalikom!”. Huma twerwru bil-biża’ għax ħasbu li qegħdin jaraw xi fantażma… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ April

L-Ottava tal-Għid – L-Erbgħa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 3, 1-10
Salm: 104 (105), 1-2.3-4.6-7.8-9

L-Evanġelju: Lq 24, 13-35

Dakinhar stess, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, ġara li tnejn mid-dixxipli kienu sejrin lejn raħal jismu Għemmaws, xi ħdax-il kilometru bogħod minn Ġerusalemm, jitħaddtu bejniethom fuq kulma kien ġara. Huma u jitħaddtu u jitkixxfu bejniethom, Ġesù nnifsu resaq lejhom u baqa’ miexi magħhom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ April

L-Ottava tal-Għid – It-Tlieta
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 2, 36-41
Salm: 32 (33), 4-5.18-19.20 u 22

L-Evanġelju: Ġw 20, 11-18

F’dak iż-żmien, Marija baqgħet ’il barra mill-qabar, tibki. Kif kienet qiegħda tibki, tbaxxiet lejn il-qabar, u rat żewġ anġli lebsin l-abjad, bilqiegħda, wieħed in-naħa tar-ras u l-ieħor in-naħa tar-riġlejn fejn kienu qiegħdu l-ġisem ta’ Ġesù. Huma qalulha: “Mara, għalfejn qiegħda tibki?”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ April

L-Ottava tal-Għid – It-Tnejn
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 2, 14.22-33
Salm: 15 (16), 1-2a u 5.7-8.9-10.11

L-Evanġelju: Mt 28, 8-15

F’dak iż-żmien, in-nisa telqu malajr minn ħdejn il-qabar, kollhom biża’ u ferħ kbir, u marru jiġru jagħtu l-aħbar lid-dixxipli tiegħu. U ara, iltaqa’ magħhom Ġesù u qalilhom: “Is-sliem għalikom!”. Huma resqu lejh, qabdulu riġlejh u nxteħtu quddiemu. Imbagħad Ġesù qalilhom: “Tibżgħu xejn; morru wasslu l-aħbar lil ħuti biex jitilqu lejn il-Galilija; lili jarawni hemmhekk”… Kompli aqra »

L-Evanġelju f’Ħadd il-Għid: 4 ta’ April

L-Għid il-Kbir tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet
Solennità – Quddiesa tal-Jum
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 10, 34a,37-43
Salm: 117(118), 1-2,16ab-17,22-23
It-Tieni Qari: Kol 3, 1-4 jew 1 Kor 5, 6b-8

L-Evanġelju: Ġw 20, 1-9 (jew Mk 16, 10-7)

Kien l-ewwel jum tal-ġimgħa, filgħodu kmieni kif kien għadu d-dlam, u Marija ta’ Magdala ġiet ħdejn il-qabar u rat il-blata mneħħija mill-qabar… Kompli aqra »

L-Evanġelju f’Sibt il-Għid: 3 ta’ April

L-Għid il-Kbir tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet
Solennita’ – Il-Velja fil-Lejl Qaddis tal-Għid
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 1, 1 – 2, 2
Salm: 103 (104), 1-2a.5-6.10.12.13-14.24.35ċ
It-Tieni Qari: Ġen 22,1-18
Salm: 15 (16), 5.8.9-10.11
It-Tielet Qari: Eż 14, 15 – 15,1
Salm: Eż 15, 1-2.3-4.5-6.17-18
Ir-Raba’ Qari: Is 54, 5-14
Salm: 29 (30), 2.4.5-6.11.12a.13b
Il-Ħames Qari: Is 55, 1-11
Salm: Is 12, 2-3.4bċd… Kompli aqra »

L-Evanġelju fil-Ġimgħa l-Kbira: 2 ta’ April

Il-Ġimgħa l-Kbira – Tifkira Solenni tal-Passjoni tal-Mulej
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 52, 13 – 53, 12
Salm: 30 (31), 2.6.12-13.15-16.17. 25
It-Tieni Qari: Lhud 4, 14-16; 5, 7-9

L-Evanġelju: Ġw 18, 1 – 19, 42
Il-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu skont San Ġwann  

F’dak iż-żmien, Ġesù ħareġ mad-dixxipli tiegħu u qasam għan-naħa l-oħra tal-Wied ta’ Kedron; hemmhekk kien hemm ġnien, u daħal fih mad-dixxipli tiegħu… Kompli aqra »

L-Evanġelju f’Ħamis ix-Xirka: 1 ta’ April

Ħamis ix-Xirka – Tifkira Solenni tal-Ikla tal-Mulej
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eż 12, 1-8.11-14
Salm: 115 (116), 12-13.15-16bċ.17-18
It-Tieni Qari: 1 Kor 11, 23-26

L-Evanġelju: Ġw 13, 1-15

Qabel il-festa tal-Għid, billi kien jaf Ġesù li waslet is-siegħa tiegħu biex jgħaddi minn din id-dinja għal għand il-Missier, hu, li kien ħabb lil tiegħu li kienu fid-dinja, ħabbhom għall-aħħar… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 50, 4-9a
Salm: 68 (69), 8-10.21bċd-22.31 u 33-34

L-Evanġelju: Mt 26, 14-25

F’dak iż-żmien, wieħed mit-Tnax, jismu Ġuda l-Iskarjota, mar għand il-qassisin il-kbar u qalilhom: “Xi tridu tagħtuni u jiena nagħtikom lil Ġesù f’idejkom?”. U huma tawh tletin biċċa talfidda bħala ħlas. Minn dak il-ħin beda jfittex okkażjoni tajba biexjagħtihom lil Ġesù f’idejhom.

Fl-ewwel jum tal-Ażżmi d-dixxipli resqu lejn Ġesù u qalulu: “Fejn tridna nħejjulek l-ikla tal-Għid?”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 49, 1-6
Salm: 70 (71), 1-2.3-4a.5-6ab.15 u 17

L-Evanġelju: Ġw 13, 21-33.36-38

F’dak iż-żmien, waqt li kien fil-mejda mad-dixxipli tiegħu, Ġesù ħass ruħu jitħawwad, u stqarr bil-miftuħ: “Tassew tassew ngħidilkom li wieħed minnkom se jittradini”. Id-dixxipli qabdu jħarsu lejn xulxin, ma jafux għal min qal hekk. Wieħed mid-dixxipli tiegħu, dak li Ġesù kien iħobb, kien maġenbu fuq il-mejda, b’rasu ma’ sider Ġesù… Kompli aqra »