L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 42, 1-7
Salm: 26 (27), 1.2.3.13-14

L-Evanġelju: Ġw 12, 1-11

Sitt ijiem qabel il-festa tal-Għid, Ġesù mar Betanja, fejn kien joqgħod Lazzru li Ġesù kien qajjem mill-imwiet. Hemmhekk għamlulu ikla; Marta bdiet isservi, waqt li Lazzru kien wieħed minn dawk li qagħdu fuq il-mejda ma’ Ġesù. Marija ħadet libbra fwieħa tan-nard pur,
tiswa ħafna, u dilket biha riġlejn Ġesù, imbagħad ixxttathomlu b’xagħarha; u d-dar imtliet bir-riħa tfuħ… Kompli aqra »

L-Evanġelju ta’ Ħadd il-Palm: 28 ta’ Marzu

Ħadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 50, 4-7
Salm: 21 (22), 8-9.17-18a.19-20.23-24
It-Tieni Qari: Fil 2, 6-11

L-Evanġelju: Mk 14, 1 – 15, 47

Kien għad baqa’ jumejn għall-Għid u għall-Ażżmi, u l-qassisin il-kbar u l-kittieba bdew ifittxu kif jaqbdu lil Ġesù bil-qerq ta’ moħħhom u jagħtuh il-mewt. Għax bdew jgħidu: “Mhux fil-festa, li ma tqumx xi rewwixta fil-poplu”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 37, 21-28
Salm: Ġer 31, 10.11-12ab.13

L-Evanġelju: Ġw 11, 45-56

F’dak iż-żmien, ħafna mil-Lhud, li kienu ġew għand Marija, oħt Lazzru, u raw dak li għamel Ġesù, emmnu fih. Imma xi wħud minnhom marru għand il-Fariżej u qalulhom x’kien għamel Ġesù. Għalhekk il-qassisin il-kbar u l-Fariżej laqqgħu s-Sinedriju u qalu: “X’sejrin nagħmlu? Għax dan il-bniedem qiegħed jagħmel ħafna sinjali… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Marzu

L-Imqaddsa Verġni Marija tad-Duluri – Festa ta’ Devozzjoni
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Rum 8, 31b-39
Salm: 17

L-Evanġelju: Ġw 19, 25-27

Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesù ommu, oħt ommu, Marija ta’ Kleofa, u Marija ta’ Magdala. Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha, qal lil ommu: “Mara, hawn hu ibnek.” Imbagħad qal lid-dixxiplu: “Hawn hi ommok.” U minn dak il-ħin id-dixxiplu ħadha għandu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Marzu

It-Tħabbira tal-Mulej – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 7, 10-14; 8, 10
Salm: 39, 7-11
It-Tieni Qari: Lhud 10, 4-10

L-Evanġelju: Lq 1, 26-38

F’dak iż-żmien: L-anġlu Gabrijel kien mibgħut minn Alla f’belt tal-Galilija, jisimha Nazaret, għand xebba mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi, mid-dar ta’ David; u x-xebba kien jisimha Marija. Daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek.”

Għal dan il-kliem tħawdet, u bdiet titħasseb bejnha u bejn ruħha x’setgħet tfisser dik it-tislima… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 3, 14-20.91-92.95
Salm: Dan 3, 52.53-54.55-56

L-Evanġelju: Ġw 8, 31-42

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil-Lhud li emmnu fih: “Jekk iżżommu fil-kelma tiegħi, tkunu tassew dixxipli tiegħi u tagħrfu l-verità u l-verità teħliskom”. Qalulu: “Aħna nisel Abraham, u qatt ma konna lsiera ta’ ħadd. Kif tiġi tgħidilna li nkunu ħielsa?”.

Weġibhom Ġesù: “Tassew tassew ngħidilkom, li kull min jagħmel id-dnub huwa lsir tad-dnub… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Num 21, 4-9
Salm: 101 (102), 2-3.16-18.19-21

L-Evanġelju: Ġw 8, 21-30

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Fariżej: “Jiena mmur, u intom għad tfittxuni, imma għad tmutu fid-dnub tagħkom. Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu”. Qalu l-Lhud: “Jaqaw se jneħħi ħajtu b’idejh dan? Għax qal: “Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu”.

Ġesù qalilhom: “Intom minn hawn isfel, u jiena ġej minn hemm fuq… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 13, 1-9.15-17.19-30.33-62
Salm: 22 (23), 1-3a.3b-4.5.6

L-Evanġelju: Ġw 8, 1-11

F’dak iż-żmien, Ġesù telaq lejn l-Għolja taż-Żebbuġ. Imma l-għada qabel is-sebħ raġa’ mar fit-tempju, u l-poplu kollu ġie ħdejh, u hu qagħad bilqiegħda jgħallimhom.

Imbagħad il-kittieba u l-Fariżej ħadulu quddiemu waħda mara li kienet inqabdet fl-adulterju. Huma qegħduha fin-nofs u qalulu: “Mgħallem, din il-mara nqabdet fil-fatt fl-adulterju… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 21 ta’ Marzu

Il-Ħames Ħadd tar-Randan
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 31, 31-34
Salm: 50(51), 3-4,12-13,14-15
It-Tieni Qari: Lhud 5, 7-9

L-Evanġelju: Ġw 12, 20-33

F’dak iż-żmien, fost dawk li telgħu biex iqimu lil Alla fil-festa kien hemm xi Griegi. Dawn marru għand Filippu li kien minn Betsajda tal-Galilija, u talbuh: “Sinjur, nixtiequ naraw lil Ġesù”.

Filippu mar jgħid lil Indrì, u mbagħad Indrì u Filippu marru jgħidu lil Ġesù… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Marzu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġer 11, 18-20
Salm: 7, 2-3.9bċ-10.11-12

L-Evanġelju: Ġw 7, 40-53

F’dak iż-żmien, meta xi wħud min-nies semgħu kliem Ġesù, qalu: “Tassew dan hu l-Profeta”. Oħrajn qalu: “Dan hu l-Messija”. Iżda xi wħud qalu: “Mela l-Messija għandu jiġi mill-Galilija? Ma tgħidx l-Iskrittura li l-Messija għandu jiġi min-nisel ta’ David u minn Betlehem, ir-raħal minn fejn kien David?”… Kompli aqra »