L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 26, 16-19
Salm: 118 (119), 1-2.4-5.7-8

L-Evanġelju: Mt 5, 43-48

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Smajtu x’intqal: “Ħobb lil għajrek, u obgħod lill-għadu tiegħek”. Imma jiena ngħidilkom: Ħobbu lill-għedewwa tagħkom, u itolbu għal dawk li jippersegwitawkom, biex tkunu wlied Missierkom li hu fis-smewwiet; għax hu jtalla’ x-xemx tiegħu sew fuq il-ħżiena u sew fuq it-tajbin, u jniżżel ix-xita sew fuq min hu tajjeb u sew fuq min mhuwiex… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 18, 21-28
Salm: 129 (130), 1-2.3-4ab.4ċ-6.7-8

L-Evanġelju: Mt 5, 20-26

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ngħidilkom li, jekk il-ħajja tajba tagħkom ma tkunx ħafna aħjar minn dik tal-kittieba u l-Fariżej, ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet.

Smajtu xi ntqal lin-nies ta’ dari: “La toqtolx”. Mela jekk xi ħadd joqtol ikun ħaqqu l-kundanna. Imma jien ngħidilkom li l-kundanna tistħoqq ukoll lil min jinkorla għal ħuh… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Est 4, 17 n. p-r.aa-bb.gg-hh
Salm: 137 (138), 1-2a.2bċ-3.7ċ-8

L-Evanġelju: Mt 7, 7-12

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Itolbu, u jingħatalkom; fittxu, u ssibu; ħabbtu, u jiftħulkom. Għax kull min jitlob, jaqla’, min ifittex isib, u min iħabbat jiftħulu. Min hu dak il-bniedem fostkom li, jekk ibnu jitolbu biċċa ħobż, sejjer jagħtih ġebla? Jew jekk jitolbu ħuta, sejjer jagħtih serp? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġona 3, 1-10
Salm: 50 (51), 3-4.12-13.18-19

L-Evanġelju: Lq 11, 29-32

Meta l-folla tan-nies żdiedet, Ġesù qabad u qal: “Nisel ħażin huwa dan in-nisel! Irid sinjal! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief is-sinjal ta’ Ġona. Għax bħalma Ġona sar sinjal għan-nies ta’ Ninwè, hekk isir Bin il-bniedem għal dan in-nisel.

F’jum il-ħaqq, is-sultana tan-Nofsinhar għad tqum man-nies ta’ dan in-nisel u tikkundannahom, għax hi ġiet mit-truf tal-art biex tisma’ l-għerf ta’ Salamun; u araw li hawnhekk hawn min hu aqwa minn Salamun! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 55, 10-11
Salm: 33 (34), 4-5.6-7.16-17.18-19

L-Evanġelju: Mt 6, 7-15

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Intom u titolbu toqogħdux tlabalbu bħall-pagani; dawn mingħalihom li, iktar ma jgħidu, iktar jinstemgħu. Tkunux bħalhom, għax Missierkom jaf x’teħtieġu, qabel ma titolbuh intom.

Mela itolbu hekk: Missierna, li inti fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-sema, hekkda fl-art… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Frar

Il-Kattedra ta’ San Pietru, Appostlu – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Piet 5, 1-4
Salm: 22, 1-6

L-Evanġelju: Mt 16, 13-19

F’dak iż-żmien: Meta wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, Ġesù staqsa lid-dixxipli tiegħu u qalilhom: “In-nies min jgħidu li hu Bin il-bniedem?” U huma weġbuh: “Xi wħud, Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-profeti.” “Imma intom, min tgħidu li jien?” staqsiehom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 21 ta’ Frar

L-Ewwel Ħadd tar-Randan
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 9, 8-15
Salm: 24 (25), 4-5ab.6-7bċ.8-9
It-Tieni Qari: 1 Piet 3, 18-22

L-Evanġelju: Mk 1, 12-15

F’dak iż-żmien, l-Ispirtu ħareġ lil Ġesù fid-deżert. U baqa’ fid-deżert erbgħin jum, jiġġarrab mix-Xitan. Kien jgħix mal-bhejjem selvaġġi, u kienu jaqduh l-anġli.

Wara li arrestaw lil Ġwanni, Ġesù mar il -Galilija jxandar l-Evanġelju ta’ Alla u jgħid: “Iż-żmien huwa mitmum, u s-Saltna ta’ Alla waslet; indmu u emmnu fl-Evanġelju”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 58, 9b-14
Salm: 85 (86), 1-2.3-4.5-6

L-Evanġelju: Lq 5, 27-32

F’dak iż-żmien, Ġesù lemaħ wieħed pubblikan, jismu Levi, bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi, u qallu: “Ejja warajja!”. Dak telaq kollox, qam u mar warajh. Imbagħad Levi għamillu laqgħa kbira f’daru stess, u kien hemm magħhom fuq il-mejda kotra kbira ta’ pubblikani u nies oħra.

Il-Fariżej u l-kittieba sħabhom bdew igemgmu mad-dixxipli tiegħu, u qalulhom: “Dan l-għala tieklu u tixorbu mal-pubblikani u l-midinbin?”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 58, 1-9a
Salm: 50 (51), 3-4.5-6a.18-19

L-Evanġelju: Mt 9, 14-15

F’dak iż-żmien, resqu lejn Ġesù id-dixxipli ta’ Ġwanni u qalulu: “Għaliex aħna u l-Fariżej insumu, u d-dixxipli tiegħek ma jsumux?”.

Qalilhom Ġesù: “Huwa l-mistednin tal-għarus se jsewdu qalbhom sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Imma jasal il-jum meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, u mbagħad isumu”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 30, 15-20
Salm: 1, 1-2.3.4 u 6

L-Evanġelju: Lq 9, 22-25

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jeħtieġ li Bin il-bniedem ibati ħafna, jiċħduh ix-xjuħ u l-qassisin il-kbar u l-kittieba, joqtluh, u fit-tielet jum iqum”.

Darba qal lil kulħadd: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu kuljum, u jimxi warajja… Kompli aqra »