L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Frar

L-Erbgħa tal-Irmied
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġoel 2, 12-18
Salm: 50 (51), 3-4.5-6a.12-13.14 u 17
It-Tieni Qari: 2 Kor 5, 20 – 6, 2

L-Evanġelju: Mt 6, 1-6.16-18

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Qisu li l-għemil tajjeb tagħkom ma tagħmluhx għal wiċċ in-nies biex tidhru quddiemhom, għax inkella ma jkollkomx ħlas mingħand Missierkom li hu fis-smewwiet.

Mela meta tagħmel karità, tmurx iddoqq it-trombi quddiemek, kif jagħmlu dawk ta’ wiċċ b’ieħor fis-sinagogi u fit-triqat, biex in-nies tfaħħarhom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 6, 5-8; 7, 1-5.10
Salm: 28 (29), 1a u 2.3aċ-4.3b u 9b-10

L-Evanġelju: Mk 8, 14-21

F’dak iż-żmien, id-dixxipli nsew jieħdu l-ħobż, u ma kellhomx ħlief ħobża waħda magħhom fid-dgħajsa. Ġesù wissiehom u qalilhom: “Iftħu għajnejkom, oqogħdu attenti mill-ħmira tal-Fariżej u mill-ħmira ta’ Erodi!”. Huma bdew jgħidu bejniethom: “Dan għax m’għandniex ħobż”.

Ġesù induna u qalilhom: “X’intom tgħidu bejnietkom li ma għandkomx ħobż? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 4, 1-15.25
Salm: 49 (50), 1 u 8.16bċ-17.20-21

L-Evanġelju: Mk 8, 11-13

F’dak iż-żmien, ġew il-Fariżej u bdew iħaqquha ma’ Ġesù; u, biex iġarrbuh, talbuh sinjal mis-sema. Hu tniehed tnehida fih innifsu u qal: “Għalfejn irid sinjal dan in-nisel? Tassew ngħidilkom, ebda sinjal ma jingħatalu dan in-nisel”. U telaqhom, raġa’ tala’ fuq id-dgħajsa u mar ix-xatt l-ieħor… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 14 ta’ Frar

Is-Sitt Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lev 13, 1-2.45-46
Salm: 31 (32), 1-2.5.11
It-Tieni Qari: 1 Kor 10, 3-11,1

L-Evanġelju: Mk 1, 40-45

F’dak iż-żmien, resaq fuq Ġesù wieħed lebbruż jitolbu bil-ħerqa, inxteħet għarkupptejh quddiemu u qallu: “Jekk trid, tista’ tfejjaqni!”. Imqanqal mill-ħniena, Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Irrid, kun imnaddaf!”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 3, 9-24
Salm: 89 (90), 2.3-4.5-6.12-13

L-Evanġelju: Mk 8, 1-10

F’dawk il-jiem, peress li reġgħet inġabret kotra kbira u ma kellhomx x’jieklu, Ġesù sejjaħ id-dixxipli tiegħu u qalilhom: “Nitħassarhom lil dawn in-nies, għax ġa ilhom miegħi tlitt ijiem, u ma għandhom xejn x’jieklu. Jekk inħallihom imorru sajmin lejn djarhom, żgur iħosshom ħażin fit-triq, għax xi wħud minnhom ġew mill-bogħod”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 3, 1-8
Salm: 31 (32), 1-2.5.6.7

L-Evanġelju: Mk 7, 31-37

F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ telaq mill-inħawi tal-belt ta’ Tir, għadda minn Sidon lejn il-baħar tal-Galilija, fl-inħawi tad-Dekapoli. U ġabulu wieħed, trux u mbikkem, u talbuh iqegħedlu idu fuqu. Ġesù ħarġu għalih waħdu minn qalb in-nies, daħħal subgħajh f’widnejh u messlu lsienu bir-riq tiegħu. Imbagħad refa’ għajnejh lejn is-sema, tniehed tnehida, u qallu: “Effata” jiġifieri: “Infetaħ!”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Frar

L-Imqaddsa Verġni Marija ta’ Lourdes
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 2, 18-25
Salm: 127 (128), 1-2.3.4-5

L-Evanġelju: Mk 7, 24-30

F’dak iż-żmien, Ġesù mar fl-inħawi tal-belt ta’ Tir. Daħal joqgħod f’dar, u ried li ħadd ma jsir jaf. Iżda ma setax ikun li jinħeba, għax malajr semgħet bih waħda mara li kellha lil bintha maħkuma minn spirtu ħażin, u marret tinxteħet f’riġlejh… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Frar

L-Appostlu Missierna San Pawl, Patrun ta’ Malta – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Għerf 14, 3-7
Salm: 106, 21-31
It-Tieni Qari: 2 Kor 11, 18.24-31

L-Evanġelju: Mk 16, 15-20

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Ħdax : “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu: f’ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.”

U hekk il-Mulej Ġesù, wara li kellimhom, kien imtella’ fis-sema u qagħad in-naħa tal-lemin ta’ Alla… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 1, 20 – 2, 4a
Salm: 8, 4-5.6-7.8-9

L-Evanġelju: Mk 7, 1-13

F’dak iż-żmien, 1il-Fariżej u xi wħud mill-kittieba li ġew minn Ġerusalemm inġabru ħdejn Ġesù, u raw li xi wħud mid-dixxipli tiegħu kienu qegħdin jieklu b’idejhom mhumiex indaf, jiġifieri mhumiex maħsulin. Għax il-Fariżej, u l-Lhud kollha, biex iħarsu t-tradizzjoni ta’ missirijiethom, ma jmissux ikel qabel ma jkunu ħaslu jdejhom sewwa; hekk ukoll wara li jerġgħu lura mis-suq, ma jiklux jekk ma jinħaslux; u għandhom bosta drawwiet oħra li baqgħu marbutin magħhom minn żmien għal ieħor, bħalma huma l-ħasil tat-tazzi u tal-buqari u tal-ktieli tal-bronż… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 1, 1-19
Salm: 103 (104), 1-2a.5-6.10 u 12.24 u 35ċ

L-Evanġelju: Mk 6, 53-56

F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli, wara li qasmu għan-naħa l-oħra, waslu l-art f’Ġennesaret u rabtu d-dgħajsa max-xatt. Niżlu mid-dgħajsa, u n-nies minnufih għarfuh u marru jiġru ma’ dawk l-inħawi kollha. U bdew iġorru l-morda fuq l-imtieraħ kull fejn kienu jisimgħu li qiegħed… Kompli aqra »