L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-Ħadd: 7 ta’ Frar

Il-Ħames Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġob 7, 1-4.6-7
Salm: 146 (147), 1-2.3-4.5-6
It-Tieni Qari: 1 Kor 9. 16-19.22-23

L-Evanġelju: Mk 1, 29-39

F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli ħarġu mis-sinagoga u baqgħu sejrin ma’ Ġakbu u Ġwanni għand Xmun u Indrì. Issa omm il-mara ta’ Xmun kienet fis-sodda bid-deni, u malajr qalulu biha. Resaq lejha, qabadha minn idha u qajjimha… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 13, 15-17.20-21
Salm: 22 (23), 1-3a.3b-4.5.6

L-Evanġelju: Mk 6, 30-34

F’dak iż-żmien, l-appostli reġgħu ġew ħdejn Ġesù u qalulu kulma kienu għamlu u għallmu. U hu qalilhom: “Ejjew miegħi intom biss weħidkom f’xi post imwarrab, u strieħu ftit”. Għax tassew, kien hemm ħafna nies ġejjin u sejrin, u anqas żmien biex jieklu ma kienu jħallulhom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 13, 1-8
Salm: 26 (27), 1.3.5.8b-9abċ

L-Evanġelju: Mk 6, 14-29

F’dak iż-żmien, is-sultan Erodi sama’ b’Ġesù, għax ismu kien sar magħruf, u xi wħud bdew jgħidu: “Ġwanni l-Battista qam mill-imwiet; minħabba f’hekk li s-setgħat tal-mirakli qegħdin jaħdmu fih”. Imma oħrajn bdew jgħidu: “Dan Elija”. U oħrajn: “Profeta, bħal wieħed mill-profeti l-oħra”. Iżda Erodi, meta sama’ bih, qal: “Ġwanni l-Battista, li jien qtajtlu rasu, hu qam mill-mewt!”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 12, 18-19.21-24
Salm: 47 (48), 2-3a.3b-4.9.10-11

L-Evanġelju: Mk 6, 7-13

F’dak iż-żmien, Ġesù sejjaħ it-Tnax, u beda jibgħathom tnejn tnejn, filwaqt li tahom is-setgħa fuq l-ispirti ħżiena. U wissiehom biex ma jieħdu xejn magħhom għat-triq ħlief ħatar: la ħobż, la ħorġa, lanqas flus fi ħżiemhom; imma li jilbsu l-qrieq u ma jxiddux żewġ ilbiesi. Qalilhom: “Fejn tidħlu f’xi dar, ibqgħu fiha sa ma titilqu minn hemmhekk… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 12, 4-7.11-15
Salm: 102 (103), 1-2.13-14.17-18a

L-Evanġelju: Mk 6, 1-6

F’dak iż-żmien, Ġesù mar lejn pajjiżu u d-dixxipli tiegħu marru miegħu. Meta wasal is-Sibt, daħal jgħallem fis-sinagoga, u l-ħafna li semgħuh bdew jistagħġbu u jgħidu: “Mnejn kisbu dan kollu? U x’inhu dan l-għerf li ngħatalu biex saħansitra qegħdin isiru dawn l-għeġubijiet kbar b’idejh? Dan mhuwiex il-mastrudaxxa bin Marija u ħu Ġakbu u Ġożè u Ġuda u Xmun? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Frar

Il-Preżentazzjoni tal-Mulej – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Mal 3,1-4
Salm: 23, 7-10

L-Evanġelju: Lq 2, 22-40

Meta għalqilhom iż-żmien għat-tisfija tagħhom, skont il-Liġi ta’ Mosè, ħadu lil Ġesù f’Ġerusalemm biex jippreżentawh lill-Mulej, bħalma hu miktub fil-Liġi tal-Mulej, ‘Kull tifel li jitwieled l-ewwel wieħed, ikun ikkonsagrat lill-Mulej,’ u biex joffru b’sagrifiċċju ‘par gamiem jew żewġ bċieċen,’ kif jingħad fil-Liġi tal-Mulej… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Frar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 11, 32-40
Salm: 30 (31), 20.21.22.23.24

L-Evanġelju: Mk 5, 1-20

F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli tiegħu 1waslu x-xatt l-ieħor tal-baħar u ġew fil-pajjiż tal-Gerasin. Kif niżel mid-dgħajsa, resaq fuqu wieħed, li ħareġ mill-oqbra, li kien maħkum minn spirtu ħażin. Dan kien jgħammar fl-oqbra, u ħadd ma kien jista’ jżommu marbut, anqas b’katina, għax bosta drabi laħqu rabtuh bix-xkiel u bil-ktajjen u hu kien jaqsam il-ktajjen u jkisser ix-xkiel, u ħadd ma kellu l-ħila jżommu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 31 ta’ Jannar

Ir-Raba’ Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dewt 18, 15-20
Salm: 94 (95), 1-2.6-7.8-9
It-Tieni Qari: 1 Kor 7, 32-35

L-Evanġelju: Mk 1, 21-28

F’dak iż-żmien, Ġesù u d-dixxipli tiegħu daħlu Kafarnahum. Malajr, f’jum is-Sibt, daħal fis-sinagoga u qagħad jgħallem. In-nies baqgħu mistagħġbin bil-mod tat-tagħlim tiegħu, għax beda jgħallimhom bħal wieħed li għandu s-setgħa, u mhux bħall-kittieba.

Mela jkun hemm fis-sinagoga tagħhom raġel bi spirtu ħażin u qabad jgħajjat u jgħid: “Aħna x’għandna x’naqsmu, Ġesù ta’ Nazaret? Ġejt biex teqridna? Jien naf min int: Il-Qaddis ta’ Alla!”. Imma Ġesù kkmandah: “Iskot! Oħroġ minnu!” Imbagħad l-ispirtu ħażin lir-raġel beda jħabbtu ħafna, għajjat għajta kbira u ħareġ minnu.

U lkoll stagħġbu, u bdew jistaqsu lil xulxin u jgħidu: “Dan x’inhu? X’tagħlim ġdid mogħti bis-setgħa! Sa lill-ispirti ħżiena jikkmanda, u huma joqogħdu għalih?” U l-fama tiegħu malajr xterdet mal-inħawi kollha tal-Galilija. Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 11, 1-2.8-19
Salm: Lq 1, 69-70.71-72.73-75

L-Evanġelju: Mk 4, 35-41

Dakinhar, xħin sar filgħaxija Ġesù qal lid-dixxipli: “Ejjew naqsmu għax-xatt l-ieħor”. Ħallew in-nies, u ħaduh magħhom kif kien fid-dgħajsa; u marru miegħu dgħajjes oħra. U qam riefnu kbir, u l-mewġ beda tiela’ għal ġod-dgħajsa, hekk li kienet ġa bdiet timtela bl-ilma. Hu kien fil-poppa, rieqed fuq imħadda… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 10, 32-39
Salm: 36 (37), 3-4.5-6.23-24.39-40

L-Evanġelju: Mk 4, 26-34

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-folla: “Is-Saltna ta’ Alla hi bħal meta raġel ikun xeħet iż-żerriegħa fl-art. Rieqed jew imqajjem, billejl jew binhar, iż-żerriegħa tinbet u tikber, bla ma jaf kif. L-art trodd minnha nfisha l-ewwel il-barma, imbagħad is-sbula, imbagħad il-qamħ mimli fis-sbula. U meta l-frott isir, malajr il-bidwi jmidd idu għall-minġel, għax ikun wasal żmien il-ħsad”… Kompli aqra »