L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 10, 19-25
Salm: 23 (24), 1-2.3-4ab.5-6

L-Evanġelju: Mk 4, 21-25

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-folla: “Jaqaw il-musbieħ iġibuh biex iqegħduh taħt is-siegħ jew taħt is-sodda? Mhux fuq l-imnara jqegħduh? Għax ma hemm xejn moħbi jekk mhux biex jingħaraf, u xejn ma hu mistur jekk mhux biex jinġieb għad-dawl. Jekk hawn min għandu widnejn biex jisma’, ħa jisma’!”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 10, 11-18
Salm: 109 (110), 1.2.3.4

L-Evanġelju: Mk 4, 1-20

F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ beda jgħallem ħdejn il-baħar, u nġabret madwaru kotra kbira, hekk li kellu jitla’ bilqiegħda f’dgħajsa fuq il-baħar, u n-nies kollha l-art matul ix-xatt. U qagħad jgħallimhom ħafna ħwejjeġ bil-parabboli, u fit-tagħlim tiegħu qalilhom: “Isimgħu. Darba kien hemm bidwi u ħareġ jiżra’… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Jannar

San Titu u San Timotju, isqfijiet – Tifkira obbligatorja
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Tim 1, 1-8
Salm: 95, 1-3.7-8a10

L-Evanġelju: Lq 10, 1-9

F’dak iż-żmien: Il-Mulej qabbad tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien sejjer hu. U qalilhom: “Il-ħsad hu kbir, tassew, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela ’l sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Jannar

Il-Konverżjoni tal-Appostlu Missierna San Pawl – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 22, 3-16 jew Atti 9, 1-22
Salm: 116, 1.2

L-Evanġelju: Mk 16, 15-18

F’dak iż-żmien: Ġesù wera ruħu lill-Ħdax, u qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Bxara t-tajba lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva, iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat.

U dawn huma l-mirakli li jsieħbu ’l dawk li jemmnu: f’Ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu jdejhom fuq il-morda u dawn ifiqu.” Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 24 ta’ Jannar

It-Tielet Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġona 3, 1-5.10
Salm: 24 (25), 4bċ-5ab.6-7bċ.8-9
It-Tieni Qari: 1 Kor 7, 29-31

L-Evanġelju: Mk 1, 14-20

Wara li arrestaw lil Ġwanni, Ġesù mar il-Galilija jxandar l-Evanġelju ta’ Alla u jgħid: “Iż-żmien huwa mitmum, u s-Saltna ta’ Alla waslet; indmu u emmnu fl-Evanġelju”.

Waqt li kien għaddej ma’ xatt il-baħar tal-Galilija, lemaħ lil Xmun u ’l ħuh Indrì qegħdin ikalaw ix-xbiek fil-baħar, għax kienu sajjieda… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 9, 2-3.11-14
Salm: 46 (47), 2-3.6-7.8-9

L-Evanġelju: Mk 3, 20-21

F’dak iż-żmien, Ġesù mar id-dar, u l-kotra reġgħet inġemgħet, hekk li anqas biss setgħu jieklu. Qrabatu, malli semgħu, ħarġu biex iżommuh, għax qalu li tilef moħħu. Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Atti 28,1-10
Salm: 15, 1-2.5. 7-8. 11

L-Evanġelju: Mt 25, 31-40

F’dak iż-żmien, Ġesù qal qal lid-dixxipli tiegħu: «Meta jiġi Bin il-bniedem fil-glorja tiegħu u bl-anġli kollha miegħu, imbagħad joqgħod fuq it-tron glorjuż tiegħu. U quddiemu jinġabru l-ġnus kollha, u hu jifridhom minn xulxin, bħalma r-ragħaj jifred lin-nagħaġ mill-mogħoż: in-nagħaġ iqegħedhom fuq il-lemin tiegħu u l-mogħoż fuq ix-xellug… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 7, 25 – 8, 6
Salm: 39 (40), 7-8a.8b-9.10.17

L-Evanġelju: Mk 3, 7-12

F’dak iż-żmien, Ġesù telaq flimkien mad-dixxipli tiegħu għan-naħa tal-baħar, u kotra kbira mill-Galilija marret warajh; u mil-Lhudija, minn Ġerusalemm, mill-Idumija, min-naħa l-oħra tal-Ġordan, u mill-inħawi ta’ Tir u Sidon, kotra kbira ta’ nies, li semgħu b’kulma kien għamel, marru ħdejh.

Hu qal lid-dixxipli tiegħu biex iżommulu dgħajsa mħejjija fil-qrib minħabba l-kotra, biex ma jagħfsux fuqu; għax billi kien fejjaq ħafna nies dawk kollha li kellhom xi mard kienu jrossu fuqu biex imissuh… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 7, 1-3.15-17
Salm: 109 (110), 1.2.3.4

L-Evanġelju: Mk 3, 1-6

F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ daħal fis-sinagoga, u kien hemm raġel li kellu idu niexfa. U qagħdu jgħassulu jekk ifejqux f’jum is-Sibt, biex ikollhom fuqiex jixluh. Imma hu qal lir-raġel li kellu idu niexfa: “Qum, ejja fin-nofs”. Imbagħad staqsa lilhom: “X’jiswa li tagħmel nhar ta’ Sibt, ġid jew deni? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Jannar

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Lhud 6, 10-20
Salm: 110 (111), 1-2.4-5.9 u 10ċ

L-Evanġelju: Mk 2, 23-28

F’dak iż-żmien, f’jum is-Sibt Ġesù kien għaddej minn għalqa miżrugħa, u d-dixxipli tiegħu, huma u mexjin, bdew jaqtgħu s-sbul. U l-Fariżej staqsewh: “Ara! Għaliex qegħdin jagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt?”.

U hu qalilhom: “Qatt ma qrajtu x’għamel David meta kien fil-ħtieġa u ħadu l-ġuħ, hu u dawk li kienu miegħu, kif daħal fid-dar ta’ Alla, fi żmien il-qassis il-kbir Abjatar, u kiel il-ħobż tal-preżenza ta’ quddiem il-Mulej, li ħadd ma kien jista’ jieklu ħlief il-qassisin, u ta minnu wkoll lil min kien miegħu!”… Kompli aqra »