L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 41, 13-20
Salm: 144 (145), 1 u 9. 10-11.12-13ab

L-Evanġelju: Mt 11, 11-15

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-folla: “Tassew, ngħidilkom, li fost ulied in-nisa ħadd ma qam akbar minn Ġwanni l-Battista. U b’danakollu l-iżgħar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet hu akbar minnu.

Minn żmien Ġwanni l-Battista sal-lum is-Saltna tas-Smewwiet il-bnedmin qegħdin jitħabtu bis-sħiħ għaliha, u dawk li jitħabtu bis-sħiħ jaħtfuha… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 40, 25-31
Salm: 102 (103), 1-2.3-4.8 u 10

L-Evanġelju: Mt 11, 28-30

F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu mħabbtin u mtaqqlin, u jiena nserraħkom. Ħudu fuqkom il-madmad tiegħi u tgħallmu minni, għaliex jiena ta’ qalb ħelwa u umli, u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom. Għax il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Diċembru

It-Tnissil bla Tebgħa tal-Verġni Mqaddsa Marija – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġen 3, 9-15.20
Salm: 97, 1-4
It-Tieni Qari: Efes 1, 3-6.11-12

L-Evanġelju: Lq 1, 26-38

F’dak iż-żmien: L-anġlu Gabrijel kien mibgħut minn Alla f’belt tal-Galilija, jisimhaNazaret, għand xebba mgħarrsa ma’ raġel jismu Ġużeppi, mid-dar ta’ David; u x-xebba kien jisimha Marija. Daħal għandha u qalilha: “Sliem għalik, mimlija bil-grazzja, il-Mulej miegħek”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 35, 1-10
Salm: 84 (85), 9ab-10.11-12.13-14

L-Evanġelju: Lq 5, 17-26

Jum fost l-oħrajn Ġesù kien qiegħed jgħallem. Kien hemm bilqiegħda madwaru xi Fariżej u għorrief tal-Liġi li kienu ġew mill-irħula kollha tal-Galilija u l-Lhudija u minn Ġerusalemm. Il-qawwa tal-Mulej kienet fih biex ifejjaq. U ġew xi rġiel iġorru wieħed mifluġ fuq mitraħ; huma bdew ifittxu li jdaħħluh ġewwa u jqegħduhulu quddiemu, iżda minħabba l-folla ma sabux minn fejn setgħu jidħlu bih… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 6 ta’ Diċembru

It-Tieni Ħadd tal-Avvent
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 40, 1-5.9-11
Salm: 84 (85), 8-9ab.10-14
It-Tieni Qari: 2 Piet 3, 8-14

L-Evanġelju: Mk 1,1-8

Il-bidu tal-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu, l-Iben ta’ Alla. Bħalma hu miktub fil-ktieb ta’ Isaija l-profeta: “Ara, jien nibgħat qablek il-ħabbar tiegħi biex iħejji triqtek. Leħen ta’ wieħed jgħajjat fid-deżert: Ħejju t-triq tal-Mulej, iddrittaw il-mogħdijiet tiegħu”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 30, 19-21.23-26
Salm: 146 (147), 1-2.3-4.5-6

L-Evanġelju: Mt 9, 35 – 10, 1.6-8

F’dak iż-żmien, Ġesù dar l-ibliet kollha u l-irħula jgħallem fis-sinagogi, ixandar l-Evanġelju tas-Saltna, u jfejjaq kull xorta ta’ mard u ’l kull min kien nieqes minn saħħtu. Ra n-nies u tħassarhom, għax kienu mdejqa u mitluqa bħal nagħaġ bla ragħaj. Imbagħad qal lid-dixxipli tiegħu: “Il-ħsad huwa kbir, iżda l-ħaddiema ftit… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 29, 17-24
Salm: 26 (27), 1.4.13-14

L-Evanġelju: Mt 9, 27-31

F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien sejjer minn hemm marru warajh żewġ għomja jgħajtu u jgħidu: “Bin David, ħenn għalina!”. Meta mbagħad daħal id-dar, l-għomja resqu lejh u Ġesù qalilhom: “Temmnu intom li jien nista’ nagħmlu dan?”. Qalulu: “Iva, Mulej”. Imbagħad messilhom għajnejhom u qal: “Mela ħa jsirilkom skont il-fidi tagħkom”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 26, 1-6
Salm: 117 (118), 1 u 8-9.19-21.25-27a

L-Evanġelju: Mt 7, 21.24-27

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Mhux kull min jgħidli: “Mulej, Mulej”, jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet, iżda min jagħmel ir-rieda ta’ Missieri li hu fis-smewwiet.

Għalhekk, kull min jisma’ dan kliemi u jagħmel li qiegħed ngħid jien, isir jixbah lil bniedem għaqli li bena daru fuq il-blat… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 25, 6-10a
Salm: 22 (23), 1-3a.3b-4.5.6

L-Evanġelju: Mt 15, 29-37

F’dak iż-żmien, Ġesù mar ħdejn il-baħar tal-Galilija; tala’ fuq l-għolja u qagħad bilqiegħda hemm. U bdew resqin lejh ġemgħat kbar ta’ nies, li kellhom magħhom zopop, għomja, persuni b’diżabbiltà, imbikkmin, u ħafna oħrajn; qegħduhomlu f’riġlejh, u hu fejjaqhom, hekk li n-nies kollha baqgħu mistagħġba meta raw l-imbikkmin jitkellmu, l-persuni b’diżabbiltà qawwijin u sħaħ, iz-zopop jimxu u l-għomja jaraw; u bdew jagħtu glorja lil Alla ta’ Iżrael… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Diċembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Iż 11, 1-10
Salm: 71 (72), 2.7-8.12-13.17

L-Evanġelju: Lq 10, 21-24

F’dak iż-żmien, Ġesù tqanqal bil-ferħ mill-Ispirtu s-Santu u qal: “Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art, għax int dawn il-ħwejjeġ ħbejthom lil min għandu l-għerf u d-dehen u wrejthom liċ-ċkejknin. Iva, Missier, għax lilek hekk għoġbok. Kollox kien mogħti lili minn Missieri, u ħadd ma jagħraf min hu l-Iben ħlief il-Missier, anqas min hu l-Missier ħlief l-Iben u dak li lilu l-Iben irid jgħarrafhulu”… Kompli aqra »