L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 10, 8-11
Salm: 118 (119), 14.24.72.103.111.131

L-Evanġelju: Lq 19,45-48.

F’dak iż-żmien, Ġesù daħal fit-tempju, u qabad ikeċċi ’l barra l-bejjiegħa u jgħidilhom: “Hemm miktub: “Id-dar tiegħi tkun dar it-talb”. Iżda intom għamiltuha għar tal-ħallelin”. U kien jgħallem kuljum fit-tempju. Il-qassisin il-kbar u l-kittieba u l-kbarat tal-poplu kienu jfittxu li jeqirduh; iżda ma kinux jafu x’jaqbdu jagħmlu, għax il-poplu kollu kien imqabbad miegħu biex jisimgħu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 5, 1-10
Salm: 149, 1-2.3-4.5-6a u 9b

L-Evanġelju: Lq 19, 41-44

F’dak iż-żmien, Ġesù wasal qrib il-belt ta’ Ġerusalemm u, kif raha, beda jibkiha u jgħid: “Mhux li għaraft imqar int ukoll f’dan il-jum x’inhu ta’ ġid għalik! Imma issa! Dan hu moħbi minn għajnejk!

Għax għad jiġi żmien fuqek meta l-għedewwa tiegħek idawruk b’rampa u jagħlquk minn kullimkien u jrossu fuqek minn kull naħa; u jġarrfu lilek u lil uliedek fik, u ma jħallux fik ġebla fuq oħra, talli ma għaraftx iż-żmien taż-żjara li saritlek”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 4, 1-11
Salm: 150, 1-2.3-4.5-6

L-Evanġelju: Lq 19, 11-28

F’dak iż-żmien, Ġesù qal parabbola, għax kien qrib Ġerusalemm, u n-nies kien mingħalihom li s-Saltna ta’ Alla kienet se tidher minnufih. Mela qal: “Wieħed raġel nobbli siefer f’pajjiż fil-bogħod biex jagħmluh sultan u mbagħad jerġa’ lura. Sejjaħ għaxar qaddejja tiegħu, tahom għaxar miniet u qalilhom: “Ħaddmuhom, sa ma nerġa’ niġi”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 3, 1-6.14-22
Salm: 14 (15), 2-3ab.3ċd-4ab.5

L-Evanġelju: Lq 19, 1-10

F’dak iż-żmien, Ġesù daħal Ġeriko u kien għaddej mit-triq. Mela jkun hemm raġel, jismu Żakkew; dan kien wieħed mill-kapijiet tal-pubblikani, u kien għani. Kellu xewqa li jara min kien Ġesù, imma ma setax minħabba l-folla, billi kien raġel qasir. Għalhekk mar jiġri ’l quddiem u xxabbat ma’ siġra tat-tin selvaġġ, għax minn dik in-naħa kien se jgħaddi… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 1, 1-4; 2, 1-5a
Salm: 1, 1-2.3.4 u 6

L-Evanġelju: Lq 18, 35-43

Waqt li Ġesù kien riesaq lejn Ġeriko, kien hemm wieħed agħma bilqiegħda mal-ġenb tat-triq jittallab il-karità. Dan sama’ l-kotra tan-nies għaddejja u beda jistaqsi x’ġara. U qalulu li kien għaddej Ġesù ta’ Nazaret. Hu qabad jgħajjat u jgħid: “Ġesù, Bin David, ikollok ħniena minni!”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 15 ta’ Novembru

It-Tlieta u Tletin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Prov 31, 10-13.19-20.30-31
Salm: 127 (128), 1-2.3.4-5
It-Tieni Qari: 1 Tess 5, 1-6

L-Evanġelju: Mt 25, 14-30

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: “Wieħed li kien se jsiefer, sejjaħ lill-qaddejja tiegħu u ħallielhom ġidu f’idejhom. Lil wieħed tah ħames talenti, lil ieħor tnejn, u lil ieħor wieħed, kull wieħed skond il-ħila tiegħu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 3 Ġw 5-8
Salm: 111 (112), 1-2.3-4.5-6

L-Evanġelju: Lq 18, 1-8

F’dak iż-żmien, Ġesù qal parabbola lid-dixxipli tiegħu biex jurihom li għandhom dejjem jitolbu bla ma jaqtgħu. Qalilhom: “Kien hemm f’belt wieħed imħallef, li la kien jibża’ minn Alla u lanqas iħabbel rasu minn ħadd. F’dik il-belt kien hemm waħda armla, u kienet tmur għandu u tgħidlu: “Agħmilli ħaqq kontra l-għadu tiegħi”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 2 Ġw 4-9
Salm: 118 (119), 1.2.10.11.17.18

L-Evanġelju: Lq 17, 26-37

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Bħalma ġara fi żmien Noè, hekk ukoll jiġri fi żmien Bin il-bniedem. Kienu jieklu, jixorbu, jiżżewġu u jżewġu, sa dakinhar li Noè daħal fl-arka; imbagħad ġie d-dilluvju u qeridhom ilkoll. L-istess bħalma ġara fi żmien Lot; kienu jieklu, jixorbu, jixtru, ibigħu, iħawlu, jibnu, imma dakinhar li Lot ħareġ minn Sodoma, Alla bagħat xita ta’ nar u kubrit mis-sema u qeridhom ilkoll… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Fil 7-20
Salm: 145 (146), 7.8-9a.9bċ-10

L-Evanġelju: Lq 17, 20-25

F’dak iż-żmien, il-Fariżej staqsew lil Ġesù meta kienet se tiġi s-Saltna ta’ Alla, u hu weġibhom: “Is-Saltna ta’ Alla ma tiġix b’sinjali li jidhru; lanqas ħadd ma hu se jgħid: “Arawha, hawn”, jew: “Hemm”, għax araw, is-Saltna ta’ Alla fostkom qiegħda!”. 

Lid-dixxipli tiegħu qalilhom: “Għad jiġi żmien meta tkunu tixtiequ taraw jum wieħed minn żmien Bin il-bniedem u ma tarawhx… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Novembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Tit 3, 1-7
Salm: 22 (23), 1-3a.3b-4.5.6

L-Evanġelju: Lq 17, 11-19

Ġara li, huwa u sejjer lejn Ġerusalemm, Ġesù għadda minn bejn is-Samarija u l-Galilija. Kif kien dieħel f’raħal, iltaqgħu miegħu għaxart irġiel morda bil-lebbra. Waqfu ’l bogħod minnu, għollew leħinhom u qalulu: “Ġesù, mgħallem, ikollok ħniena minna!”. Kif rahom, qalilhom: “Morru uru rwieħkom lill-qassisin”. U ġara li, huma u sejrin, fiequ mill-marda tagħhom… Kompli aqra »