L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 31 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Fil 1, 18b-26
Salm: 41 (42), 2.3.5bċd

L-Evanġelju: Lq 14, 1.7-11

Darba, kien is-Sibt, Ġesù daħal għand wieħed mill-kapijiet tal-Fariżej biex jiekol għandu, u huma qagħdu għajnejhom fih. Billi ra b’għajnejh kif il-mistednin bdew jagħżlu l-postijiet ta’ quddiem fil-mejda, qalilhom din il-parabbola: “Meta wieħed jistiednek għal xi festa ta’ tieġ, tmurx toqgħod fil-post ta’ quddiem, li ma jkunx hemm xi mistieden aqwa minnek, u dak li jkun stieden lilek u lilu jiġi fuqek jgħidlek: “Agħti l-post lil dan”, u int imbagħad, b’regħxa ta’ mistħija fuqek, ikollok tieħu l-post tal-aħħar… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Fil 1, 1-11
Salm: 110 (111), 1-2.3-4.5-6

L-Evanġelju: Lq 14, 1-6

Darba, kien is-Sibt, u Ġesù daħal għand wieħed mill-kapijiet tal-Fariżej biex jiekol għandu, u huma qagħdu għajnejhom fih. U resaq quddiemu wieħed marid bl-ilma. Ġesù dar fuq l-għorrief tal-Liġi u l-Fariżej u qalilhom: “Jiswa jew le li wieħed ifejjaq f’jum is-Sibt?”. Huma ma tkellmu xejn iżda hu qabad lir-raġel, fejqu u bagħtu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efes 6, 10-20
Salm: 143 (144), 1.2.9-10

L-Evanġelju: Lq 13, 31-35

Dak il-ħin stess resqu fuq Ġesù xi Fariżej u qalulu: “Mur, itlaq minn hawn, għax Erodi jrid joqtlok”. U hu qalilhom: “Morru għidulu lil dak il-volpi: “Ara, jiena nkeċċi x-xjaten u nfejjaq il-mard illum u għada, u fit-tielet jum nasal fit-tmiem tiegħi. Madankollu llum u għada u pitgħada jeħtieġli nissokta t-triq tiegħi, għax ma għandux ikun li profeta jinqered barra minn Ġerusalemm”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Ottubru

San Xmun u San Ġuda, Appostli – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efesin 2, 19-22
Salm: 18, 2-5

L-Evanġelju: Lq 6, 12-19

Darba fost l-oħrajn, Ġesù ħareġ lejn l-għoljiet biex jitlob, u għadda l-lejl fit-talb lil Alla. Meta sebaħ, sejjaħ lejh id-dixxipli tiegħu u minnhom għażel tnax, li semmiehom appostli: Xmun, li semmieh Pietru, u ħuh Indrì, Ġakbu, Ġwanni, Filippu, Bartilmew, Mattew, Tumas, Ġakbu ta’ Alfew, Xmun imlaqqam l-Imħeġġeġ, Ġuda ta’ Ġakbu, u Ġuda l-Iskarjota, li mbagħad ittradieh… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 27 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efes 5, 21-33
Salm: 127 (128), 1-2.3.4-5

L-Evanġelju: Lq 13, 18-21

F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “Lil xiex tixbah is-Saltna ta’ Alla, u ma’ xiex se nxebbhuha? Tixbah lil żerriegħa tal-mustarda li wieħed raġel qabad u żeragħha fil-ġnien tiegħu, u mbagħad kibret u saret siġra, u l-għasafar tal-ajru marru jbejtu fil-friegħi tagħha”.

U reġa’ qalilhom: “Ma’ xiex se nxebbahha s-Saltna ta’ Alla? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efes 4, 32 -5, 8
Salm: 1, 1-2.3.4 u 6

L-Evanġelju: Lq 13, 10-17

Darba s-Sibt, Ġesù kien qiegħed jgħallem f’waħda mis-sinagogi. U kien hemm mara li kienet ilha tmintax-il sena bi spirtu li kien imarradha; kienet milwija ħafna, u ma kinitx tista’ tieqaf dritta għalkollox. Kif raha Ġesù sejħilha u qalilha: “Mara, inti meħlusa mill-mard tiegħek”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 25 ta’ Ottubru

It-Tletin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eż 22, 20-26
Salm: 17 (18), 2-3a.3bc-4.47.51ab
It-Tieni Qari: 1 Tess 1, 5c-10

L-Evanġelju: Mt 22, 34-40

F’dak iż-żmien, il-Fariżej, meta semgħu kif lis-Sadduċej kien saddilhom ħalqhom, inġabru madwaru, u wieħed minnhom, għaref fil-Liġi, għamillu din il-mistoqsija biex iġarrbu: “Mgħallem, liema hu l-kmandament il-kbir, fil-Liġi?”. 

Qallu Ġesù: “Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, u b’moħħok kollu”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efes 4, 7-16
Salm: 121 (122), 1-2.3-4a.4b-5

L-Evanġelju: Lq 13, 1-9

F’dak iż-żmien, ġew xi wħud għand Ġesù u qalulu b’dawk il-Galilin li Pilatu kien ħallat demmhom mad-demm tal-vittmi tas-sagrifiċċji tagħhom. U Ġesù qabad u qalilhom: “Taħsbu intom li dawn il-Galilin kienu iżjed midinbin mill-Galilin l-oħra biex sofrew dan kollu? Le, ngħidilkom; imma jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu bħalhom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efes 4, 1-6
Salm: 23 (24), 1-2.3-4ab.5-6

L-Evanġelju: Lq 12, 54-59

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies: “Meta taraw sħaba tielgħa mill-Punent, malajr tgħidu li tkun ġejja x-xita; u hekk jiġri. U meta jonfoħ ir-riħ isfel, tgħidu li sħana se tagħmel; u tagħmel tassew. Uċuħ b’oħra, tafu taqraw wiċċ is-sema, u wiċċ l-art ukoll; mela ż-żmien ta’ issa kif ma tafux tfissruh? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efes 3, 14-21
Salm: 32 (33), 1-2.4-5.11-12.18-19

L-Evanġelju: Lq 12, 49-53

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Nar ġejt inqiegħed fuq l-art, u kemm nixtieq li diġà qabad! Iżda hemm magħmudija li biha għandi nitgħammed, u x’diqa għandi sa ma dan iseħħ!

Taħsbu intom li jien ġejt inġib il-paċi fid-dinja? Le, ngħidilkom, imma l-firda; għax mil-lum ’il quddiem ħamsa minn nies f’dar waħda jkunu mifruda bejniethom, tlieta kontra tnejn u tnejn kontra tlieta; jinfirdu l-missier kontra l-iben u l-iben kontra l-missier, l-omm kontra l-bint u l-bint kontra l-omm, omm ir-raġel kontra mart binha u mart l-iben kontra omm żewġha”… Kompli aqra »