L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efes 3, 2-12
Salm: Iż 12, 2-3.4bċd.5-6

L-Evanġelju: Lq 12, 39-48

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Kunu afu dan, li kieku sid id-dar kellu jkun jaf xħin ikun ġej il-ħalliel ma kienx se jħalli min jinfidlu l-ħajt ta’ daru. Mela kunu lesti intom ukoll, għax qatt ma tistgħu tobsru s-siegħa li fiha jiġi Bin il-bniedem”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efes 2, 12-22
Salm: 84 (85), 9ab-10.11-12.13-14

L-Evanġelju: Lq 12, 35-38

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Żommu ġenbejkom imħażżma u l-imsiebaħ tagħkom mixgħula; kunu bħal nies jistennew lil sidhom lura mill-festa tat-tieġ, biex malli jiġi u jħabbat jiftħulu minnufih.

Henjin dawk il-qaddejja li meta jiġi sidhom isibhom jishru! Tassew ngħidilkom, li hu jitħażżem, iqegħedhom madwar il-mejda, u jgħaddi quddiemhom iservihom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efes 2, 1-10
Salm: 99 (100), 2.3.4.5

L-Evanġelju: Lq 12, 13-21

F’dak iż-żmien, xi ħadd mill-folla qal lil Ġesù: “Mgħallem, għid lil ħija jaqsam il-wirt miegħi”. Wieġbu Ġesù: “Ħabib, min qegħedni mħallef fuqkom, jew qabbadni nqassmilkom il-ġid bejnietkom?”. Imbagħad qal lin-nies: “Iftħu għajnejkom u ħarsu rwieħkom minn kull regħba, għax imqar jekk wieħed ikollu bir-radam, ħajtu ma tiddependix mill-ġid li jkollu”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 18 ta’ Ottubru

Id-Disgħa u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 45, 1. 4-6
Salm: 95 (96), 1.3.4-5.7-8.9-10a.ċ
It-Tieni Qari: 1 Tess 1, 1-5b

L-Evanġelju: Mt 22, 15-21

F’dak iż-żmien, il-Fariżej marru u bdew jiftiehmu bejniethom biex jaraw kif jonsbuh b’xi kelma. U bagħtulu d-dixxipli tagħhom ma’ xi Erodjani u qalulu: “Mgħallem, aħna nafu li int raġel tħobb is-sewwa, u li t-triq ta’ Alla tgħallimha kif tassew hi, bla ma tħabbel rasek minn ħadd, għax int lejn wiċċ ħadd ma tħares… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efes 1, 15-23
Salm: 8, 2-3a.4-5.6-7

L-Evanġelju: Lq 12, 8-12

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Ngħidilkom li kull min jistqarr quddiem il-bnedmin li huwa miegħi, Bin il-bniedem ukoll jistqarr li huwa miegħu quddiem l-anġli ta’ Alla. Iżda min jiċħad lili quddiem il-bnedmin, jien niċħad lilu quddiem l-anġli ta’ Alla.

U kull min jgħid xi ħaġa kontra Bin il-bniedem tinħafirlu; iżda min jieqaf lill-Ispirtu s-Santu ma jinħafirlux… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 16 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efes 1, 11-14
Salm: 32 (33), 1-2.4-5.12-13

L-Evanġelju: Lq 12, 1-7

F’dak iż-żmien, in-nies bdiet tinġabar bl-eluf, kulħadd jgħaffeġ fuq xulxin. U Ġesù qabad jgħid l-ewwel nett lid-dixxipli tiegħu: “Ilqgħu rwieħkom mill-ħmira tal-Fariżej, jiġifieri mill-wiċċ b’ieħor tagħhom. Xejn ma hu mgħotti li ma jinkixifx, u xejn ma hu moħbi li ma jsirx magħruf. Għalhekk, kulma tkunu għedtu fid-dlam għad jinstama’ fid-dawl, u kulma tkunu tkellimtu fil-widnejn, fil-kmamar ta’ ġewwa, għad jixxandar minn fuq il-bjut… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efes 1, 1-10
Salm: 97 (98), 1.2-3ab.3ċd-4.5-6

L-Evanġelju: Lq 11, 47-54

F’dak iż-żmien, il-Mulej qal: “Ħażin għalikom! Intom tibnu l-oqbra tal-profeti li qatlu missirijietkom, u b’hekk tagħtu xhieda ta’ kulma għamlu missirijietkom u turu li taqblu magħhom, għax huma qatluhom u intom tibnulhom l-oqbra.

Kien għalhekk li l-Għerf ta’ Alla qal: “Jien nibagħtilhom profeti u appostli, u huma joqtlu u jippersegwitaw lil xi wħud minnhom”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Gal 5, 18-25
Salm: 1, 1-2.3.4 u 6

L-Evanġelju: Lq 11, 42-46

F’dak iż-żmien, il-Mulej qal:  “Ħażin għalikom intom il-Fariżej! Intom tħallsu d-dieċmi fuq in-nagħniegħ u l-fejġel u fuq kull xorta ta’ ħxejjex, u mbagħad għal dik li hi ġustizzja u mħabba ta’ Alla tħallu kollox għaddej. Dawn kien imisskom tħarsu, mingħajr ma tħallu l-oħrajn barra… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Gal 5, 1-6
Salm: 118 (119), 41.43.44.45.47.48

L-Evanġelju: Lq 11, 37-41

F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien qed jitkellem, wieħed Fariżew stiednu għandu għall-ikel. Daħal għandu u qagħad bilqiegħda. Imma l-Fariżew stagħġeb meta ra li qabel xejn ma nħasilx skont ir-riti ta’ qabel l-ikel.

U l-Mulej qallu: “U issa intom il-Fariżej! Intom tnaddfu t-tazza u l-platt minn barra, iżda minn ġewwa intom mimlija bis-serq u l-ħażen… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 12 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Gal 4, 22-24.26-27.31 – 5, 1
Salm: 112 (113), 1-2.3-4.5a u 6-7

L-Evanġelju: Lq 11, 29-32

F’dak iż-żmien, meta l-folla tan-nies żdiedet, Ġesù qabad u qal: “Nisel ħażin huwa dan in-nisel! Irid sinjal! Imma ebda sinjal ma jingħatalu ħlief is-sinjal ta’ Ġona. Għax bħalma Ġona sar sinjal għan-nies ta’ Ninwè, hekk isir Bin il-bniedem għal dan in-nisel… Kompli aqra »