L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-Ħadd: 11 ta’ Ottubru

It-Tmienja u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 25, 6-10a
Salm: 22 (23), 1-3a.3b-4.5-6
It-Tieni Qari: Fil 4, 12-14.19-20

L-Evanġelju: Mt 22, 1-14

F’dak iż-żmien, lill-qassisin il-kbar u lix-xjuħ tal-poplu Ġesù raġa’ qabad ikellimhom bil-parabboli u qalilhom: “Is-saltna tas-smewwiet tixbah lil wieħed sultan li għamel festa għat-tieġ ta’ ibnu. U bagħat għall-mistednin mal-qaddejja tiegħu biex jiġu għall-festa; imma dawk ma ridux jiġu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Gal 3, 22-29
Salm: 104 (105), 2-3.4-5.6-7

L-Evanġelju: Lq 11, 27-28

F’dak iż-żmien, waqt li Ġesù kien qed jitkellem, kien hemm waħda mara li għolliet leħinha minn qalb il-folla u qaltlu: “Hieni l-ġuf li ġiebek u s-sider li rdajt!”. Iżda hu qalilha: “Imma tassew ngħidlek, aktar hienja dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla u jħarsuha!”. Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Ottubru

L-Anniversarju tad-Dedikazzjoni tal-Katidral ta’ Malta – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Slat 8, 22-23. 27-30
Salm: 83, 3-5.10-11

L-Evanġelju: Lq 19, 1-10

F’dak iż-żmien: Ġesù daħal Ġeriko u kien għaddej mit-triqat tagħha. Mela jkun hemm raġel, jismu Żakkew; dan kien wieħed mill-kapijiet tal-pubblikani, u kien għani.

Kellu xewqa li jara min kien Ġesù, imma ma setax minħabba fil-folla, billi kien raġel qasir… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Ottubru

L-Imqaddsa Verġni Marija tar-Rużarju
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Gal 2, 1-2.7-14
Salm: 85 (86), 3-4.5-6.9-10

L-Evanġelju: Lq 11, 1-4

Darba Ġesù kien qiegħed xi mkien jitlob. Kif spiċċa mit-talb, wieħed mid-dixxipli tiegħu qallu: “Mulej, għallimna nitolbu, bħalma Ġwanni wkoll għallem lid-dixxipli tiegħu”.

U qalilhom: “Meta titolbu, għidu: Missier, jitqaddes ismek, tiġi Saltnatek. Ħobżna ta’ kuljum agħtina kuljum… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 6 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Gal 1, 13-24
Salm: 138 (139), 1-3.13-14ab.14ċ-15

L-Evanġelju: Lq 10, 38-42

F’dak iż-żmien, huma u mexjin, Ġesù daħal f’raħal, u laqgħetu għandha waħda mara jisimha Marta. Din kellha oħtha, jisimha Marija, li niżlet bilqiegħda f’riġlejn il-Mulej tisimgħu x’kien qiegħed jgħid. Iżda Marta kienet moħħha fuq il-ħafna xogħol tad-dar. Imbagħad resqet u qaltlu: “Mulej, m’intix tara kif oħti ħalliet ix-xogħol kollu fuqi biss? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Gal 1, 6-12
Salm: 110 (111), 1-2.7-8.9 u 10ċ

L-Evanġelju: Lq 10, 25-37

F’dak iż-żmien, iqum wieħed għaref fil-Liġi u, biex iġarrab lil Ġesù staqsieh: “Mgħallem, x’nagħmel biex niret il-ħajja ta’ dejjem?”. Qallu Ġesù: “Fil-Liġi x’hemm miktub? Inti x’taqra fiha?”. U dak wieġeb: “Int għandek tħobb il-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, u b’ruħek kollha, bil-qawwa tiegħek kollha, u b’moħħok kollu, u lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 4 ta’ Ottubru

Is-Sebgħa u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 5, 1-7
Salm: 79 (80), 9.12.13-14.15-16.19-20
It-Tieni Qari: Fil 4, 6-9

L-Evanġelju: Mt 21, 33-43

F’dak iż-żmien Ġesù qal lill-qassisin il-kbar u lix-xjuħ tal-poplu: “Isimgħu parabbola oħra: Kien hemm wieħed, sid ta’ għalqa, u ħawwilha bid-dwieli; tellgħalha ħajt tas-sejjieħ madwarha, ħaffer magħsar fiha, u bnielha torri; u qabbilha lil xi bdiewa… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġob 42, 1-3.5-6.12-17
Salm: 118 (119), 66.71.75.91.125.130

L-Evanġelju: Lq 10, 17-24

F’dak iż-żmien, it-tnejn u sebgħin reġgħu lura ferħana jgħidu: “Mulej, ix-xjaten ukoll joqogħdu għalina minħabba f’ismek”. U Ġesù qalilhom: “Iva, jien kont narah lix-Xitan jaqa’ bħal berqa mis-sema. Araw, tajtkom is-setgħa li tirfsu fuq sriep u skorpjuni u li tegħlbu kull qawwa tal-għadu u ebda ħsara ma jagħmlulkom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżodu 23, 20-23a
Salm: 90, 1-6.10-11

L-Evanġelju: Mt 18, 1-5.10

F’dak iż-żmien: Resqu d-dixxipli lejn Ġesù u staqsewh: “Min hu l-akbar fis-Saltna tas-Smewwiet?” Hu sejjaħ lejh tfajjel ċkejken, qiegħdu f’nofshom, u qalilhom: “Tassew, ngħidilkom, li jekk intom ma terġgħux issiru bħat-tfal iż-żgħar, żgur li ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet. U għalhekk l-akbar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet huwa dak li jċekken lilu nnifsu bħal dan it-tfajjel żgħir… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 1 ta’ Ottubru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġob 19, 21-27
Salm: 26 (27), 7-8a.8b-9abċ.13-14

L-Evanġelju: Lq 10, 1-12

F’dak iż-żmien, il-Mulej għażel tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien se jmur hu. U qalilhom: “Il-ħsad huwa kbir, imma l-ħaddiema ftit. Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu. Morru! Araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup… Kompli aqra »