L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 30 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġob 9, 1-12.14-16
Salm: 136 (137), 1-2.3.4-5.6

L-Evanġelju: Lq 9, 57-62

F’dak iż-żmien, huma u miexja fit-triq kien hemm wieħed li qal lil Ġesù: “Tmur fejn tmur, jiena niġi warajk”. U qallu Ġesù: “Il-volpijiet għandhom l-għerien tagħhom u l-għasafar tal-ajru l-bejtiet, iżda Bin il-bniedem ma għandux fejn imidd rasu”.

Lil wieħed ieħor qallu: “Imxi warajja”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 29 ta’ Settembru

L-Arkanġli Mqaddsa, Mikiel, Gabrijel u Rafel – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Dan 7, 9-10.13-14 jew Apok 12, 7-12a
Salm: 137, 1-5

L-Evanġelju: Ġw 1, 47-51

F’dak iż-żmien: Meta Ġesù ra lil Natanel riesaq lejh, qal: “Hawn hu Israeli li jistħoqqlu dan l-isem; ma hemm ebda qerq fih.” Natanael staqsieh: “Rabbi, kif sirt tafni?”

U Ġesù wieġbu: “Rajtek taħt is-siġra tat-tin qabel ma kellmek Filippu.” “Rabbi,” qallu Natanael, “int l-Iben ta’ Alla, inti s-sultan ta’ Israel!” Ġesù wieġbu: “Qiegħed temmen għax għidtlek li rajtek taħt is-siġra tat-tin? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 28 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Ġob 1, 6-22
Salm: 16 (17), 1.2-3.6-7

L-Evanġelju: Lq 9, 46-50

F’dak iż-żmien, qamet kwistjoni bejn id-dixxipli dwar min kien l-akbar fosthom. Ġesù għaraf x’kellhom f’moħħhom, u ressaq tifel żgħir lejh, qiegħdu maġenbu, u qalilhom: “Min jilqa’ lil dan it-tifel żgħir minħabba f’ismi, ikun jilqa’ lili; u min jilqa’ lili, ikun jilqa’ lil dak li bagħatni… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 27 ta’ Settembru

Is-Sitta u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 18, 25-28
Salm: 24 (25), 4-5.6-7.8-9
It-Tieni Qari: Fil 2, 1-11

L-Evanġelju: Mt 21, 28-32

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-qassisin il-kbar u lix-xjuħ tal-poplu: “Intom x’jidhrilkom? Kien hemm raġel li kellu żewġ ulied. Resaq fuq il-kbir u qallu: “Ibni, illum mur aħdem l-għalqa tad-dwieli”.

U dak qallu: “Ma rridx”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 26 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Koħ 11, 9 – 12, 8
Salm: 89 (90), 3-4.5-6.12-13.14 u 17

L-Evanġelju: Lq 9, 43b-45

F’dak iż-żmien, waqt li kulħadd kien imnixxef bil-għaġeb quddiem il-kobor liema bħalu ta’ Alla, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Iftħu widnejkom sewwa għal dawn il-kelmiet: Bin il-bniedem għandu jkun mogħti f’idejn il-bnedmin”.

Iżda huma ma fehmuhx dan il-kliem, u baqa’ mistur għalihom hekk li ma qabdu xejn minnu, u beżgħu jistaqsuh dwar dak li kien qal… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 25 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Koħ 3, 1-11
Salm: 42 (43), 1.2.3.4

L-Evanġelju: Lq 9, 18-22

Darba, waqt li Ġesù kien qiegħed jitlob waħdu, kien hemm miegħu d-dixxipli tiegħu, u hu staqsiehom: “Min jgħidu n-nies li jien?” Huma weġbuh u qalulu: “Ġwanni l-Battista; oħrajn, Elija; u oħrajn, li qam wieħed mill-profeti tal-imgħoddi”.

Qalilhom: “Imma intom min tgħidu li jien?” Qabeż Pietru u qallu: “Inti l-Messija ta’ Alla”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 24 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Koħ 1, 2-11
Salm: 89 (90), 3-4.5-6.12-13. 14 u 17

L-Evanġelju: Lq 9, 7-9

F’dak iż-żmien, dawn il-ġrajja kollha waslu f’widnejn Erodi t-tetrarka u beda jitħasseb, għaliex xi wħud kienu qegħdin jgħidu li Ġwanni qam mill-imwiet, waqt li oħrajn qalu li deher Elija, u oħrajn li qam wieħed mill-profeti tal-imgħoddi.

Iżda Erodi qal: “Lil Ġwanni qtajtlu rasu; mela min hu dan li fuqu qiegħed nisma’ dan kollu?” U beda jfittex li jarah… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 23 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Prov 30, 5-9
Salm: 118 (119), 29.72.89.101.104.163

L-Evanġelju: Lq 9, 1-6

F’dak iż-żmien, Ġesù sejjaħ lit-Tnax madwaru u tahom qawwa u setgħa fuq ix-xjaten kollha u li jfejqu l-mard. U bagħathom ixandru s-Saltna ta’ Alla u jfejqu l-morda.

U qalilhom: “Tieħdu xejn magħkom għat-triq, la ħatar, la ħorġa, la ħobż u lanqas flus, u lanqas ma jkollkom żewġ ilbiesi… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Prov 21, 1-6.10-13
Salm: 118 (119), 1.27.30.34.35.44

L-Evanġelju: Lq 8, 19-21

F’dak iż-żmien, ġew għal Ġesù ommu u ħutu, iżda ma setgħux jersqu lejh minħabba l-folla. Xi ħadd qallu: “Ommok u ħutek qegħdin hawn barra u jridu jarawk”.

Iżda hu weġibhom: “Ommi u ħuti huma dawk li jisimgħu l-kelma ta’ Alla u jagħmlu li jgħid Hu”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Settembru

San Mattew, appostlu u evanġelista – Festa
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Efesin 4, 1-7.11-13
Salm: 18, 2-5

L-Evanġelju: Mt 9, 9-13

F’dak iż-żmien: Huwa u għaddej Ġesù ra wieħed bilqiegħda quddiem il-mejda tat-taxxi; kien jismu Mattew. “Ejja warajja”, qallu. Dak qam u mar warajh. U ġara li, kif qagħad għandu għall-mejda ma’ Ġesù u d-dixxipli tiegħu, rawh il-Fariżej, u qalu lid-dixxipli tiegħu: “Għaliex jiekol mal-pubblikani u l-midinbin l-Imgħallem tagħkom”? … Kompli aqra »