L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 11 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 9, 16-19.22b-27
Salm: 83 (84), 3.4.5-6.12

L-Evanġelju: Lq 6, 39-42

F’dak iż-żmien, Ġesù qal parabbola lid-dixxipli tiegħu: “Jista’ agħma jmexxi agħma ieħor? Mhux it-tnejn jaqgħu fil-ħofra? Id-dixxiplu mhuwiex aqwa mill-imgħallem tiegħu; imma kull min itemm it-taħriġ tiegħu jsir bħall-imgħallem tiegħu.

Għax tara t-tibna f’għajn ħuk, u ma tarax it-travu li għandek f’għajnek int? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 10 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 8, 1b-7.11-13
Salm: 138 (139), 1-3.13-14ab.23-24

L-Evanġelju: Lq 6, 27-38

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Lilkom, li qegħdin tisimgħuni, ngħidilkom: Ħobbu l-għedewwa tagħkom, agħmlu l-ġid lil min jobgħodkom, bierku lil min jisħetkom, itolbu għal min iżeblaħkom. Min jagħtik bil-ħarta fuq naħa waħda, dawwarlu wiċċek ħalli jagħtik fuq in-naħa l-oħra; min jeħodlok il-mantar, anqas il-libsa ma għandek tiċħadlu… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 9 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 7, 25-31
Salm: 44 (45), 11-12.14-15.16-17

L-Evanġelju: Lq 6, 20-26

F’dak iż-żmien, Ġesù rafa’ għajnejh lejn id-dixxipli tiegħu u qal: “Henjin intom il-foqra, għax tagħkom hija s-Saltna ta’ Alla. Henjin intom li għalissa bil-ġuħ, għax għad tkunu mxebbgħin. Henjin intom li għalissa tibku, għax għad tithennew. Henjin intom meta minħabba Bin il-bniedem in-nies jobogħdukom, jaqtgħukom minn magħhom, jgħajrukom u jwarrbu isimkom bħallikieku kien xi ħaġa ħażina… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 8 ta’ Settembru

It-Twelid tal-Imqaddsa Verġni Marija – Solennita’
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Mikea 5, 1-4a
Salm: 12, 6
It-Tieni Qari: Rum 8: 28-30

L-Evanġelju: Mt 1, 1-16. 18-23

Ktieb in-nisel ta’ Ġesù Kristu, Bin David, bin Abraham. Abraham nissel ’l Iżakk, Iżakk nissel ’il Ġakobb, Ġakobb nissel ’il Ġuda u ’l ħutu, Ġuda nissel ’l Aram, Aram nissel ’il Għaminadab, Għaminadab nissel ’il Naħson, Naħson nissel ’il Salmon, Salmon nissel ’il Bogħoż, minn Raħab, Bogħoż nissel ’il Għobed, minn Rut, Għobed nissel ’il Ġesse… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 7 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 5, 1-8
Salm: 5, 5-6.7.12

L-Evanġelju: Lq 6, 6-11

F’jum is-Sibt Ġesù daħal fis-sinagoga u qagħad jgħallem. Kien hemm raġel li kellu idu l-leminija niexfa. Il-kittieba u l-Fariżej kienu moħħhom fih biex jaraw jekk ifejjaqx f’jum is-Sibt, ħalli b’hekk isibu fuqiex jixluh. Iżda hu għaraf ħsibijiethom, u qal lir-raġel li kellu idu niexfa: “Qum, u oħroġ fin-nofs!” Dak qam u ħareġ fin-nofs… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 6 ta’ Settembru

It-Tlieta u Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 33, 7-9
Salm: 94 (95), 1-2.6-7.8-9
It-Tieni Qari: Rum 13, 8-10

L-Evanġelju: Mt 18, 15-20

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk ħuk jaqa’ f’xi dnub, mur sibu waħdu u widdbu. Jekk jisma’ minnek, tkun irbaħt lura lil ħuk. Jekk ma jismax, erġa’ mur u ħu miegħek wieħed jew tnejn oħra, biex kull ma jingħad jissaħħaħ bil-kelma ta’ żewġ xhieda jew tlieta… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 5 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 4, 6b-15
Salm: 144 (145), 17-18.19-20.21

L-Evanġelju: Lq 6, 1-5

Ġara li darba s-Sibt Ġesù kien għaddej minn għalqa miżrugħa, u d-dixxipli tiegħu bdew jaqtgħu s-sbul, ifarrkuh b’idejhom u jikluh. Xi wħud mill-Fariżej qalulhom: “Dan kif qegħdin tagħmlu dak li ma jiswiex nhar ta’ Sibt?”. 

Qabeż Ġesù u weġibhom: “Anqas dan ma qrajtu, x’għamel David meta ħadu l-ġuħ, huwa u dawk li kienu miegħu? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 4 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 4, 1-5
Salm: 36 (37), 3-4.5-6.27-28.39-40

L-Evanġelju: Lq 5, 33-39

F’dak iż-żmien, il-Fariżej u l-kittieba tagħhom qalu lil Ġesù: “Id-dixxipli ta’ Ġwanni sikwit isumu u joqogħdu jitolbu, u dawk tal-Fariżej ukoll, imma tiegħek jieklu u jixorbu!”. U Ġesù qalilhom: “Jaqaw tistgħu ġġagħlu lill-ħbieb tal-għarus isumu sakemm l-għarus ikun għadu magħhom? Imma għad jasal iż-żmien meta l-għarus jeħduhulhom minn magħhom, u mbagħad isumu dakinhar”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 3 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 3, 18-23
Salm: 23 (24), 1-2.3-4ab.5-6

L-Evanġelju: Lq 5, 1-11

Darba l-kotra bdiet tross fuq Ġesù biex tisma’ l-kelma ta’ Alla. Hu kien qiegħed f’xatt l-għadira ta’ Ġennesaret. U ra żewġ dgħajjes qegħdin max-xatt; is-sajjieda kienu niżlu minn fuqhom u kienu qegħdin jaħslu x-xbiek. Tela’ fuq waħda minnhom, li kienet ta’ Xmun, u talbu jaqla’ kemmxejn ’il barra mill-art; imbagħad qagħad bilqiegħda u beda jgħallem lin-nies mid-dgħajsa… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 2 ta’ Settembru

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: 1 Kor 3, 1-9
Salm: 32 (33), 12-13.14-15.20-21

L-Evanġelju: Lq 4, 38-44

F’dak iż-żmien, Ġesù qam u telaq mis-sinagoga, u daħal għand Xmun. Issa omm il-mara ta’ Xmun kellha fuqha deni qawwi, u talbuh jgħinha. Resaq fuqha, ordna lid-deni, u d-deni ħallieha. U minnufih qamet u bdiet isservihom.

Hija u nieżla x-xemx, dawk kollha li kellhom il-morda, kien x’kien il-mard tagħhom, ħaduhomlu quddiemu… Kompli aqra »