L-Evanġelju tal-Jum

L-Evanġelju tal-jum: 22 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 43, 1-7a
Salm: 84 (85), 9ab-10.11-12.13-14

L-Evanġelju: Mt 23, 1-12

F’dak iż-żmien, Ġesù kellem lin-nies u lid-dixxipli tiegħu, u qalilhom: “Fuq il-katedra ta’ Mosè qagħdu l-kittieba u l-Fariżej. Mela kulma jgħidulkom huma agħmluh u ħarsuh, iżda tagħmlux kif jagħmlu huma, għax huma kliem biss għandhom, imma fatti xejn. Huma jorbtu qatet kbar u tqal u jgħabbuhom fuq spallejn ħaddieħor, waqt li huma stess anqas b’sebagħhom wieħed ma jridu jħarrkuhom… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 21 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 37, 1-14
Salm: 106 (107), 2-3.4-5.6-7.8-9

L-Evanġelju: Mt 22, 34-40

F’dak iż-żmien, il-Fariżej, meta semgħu kif Ġesù lis-Sadduċej kien saddilhom ħalqhom, inġabru madwaru, u wieħed minnhom, għaref fil-Liġi, għamillu din il-mistoqsija biex iġarrbu: “Mgħallem, liema hu l-kmandament il-kbir, fil-Liġi?”. 

Qallu Ġesù: “Ħobb lill-Mulej, Alla tiegħek, b’qalbek kollha, b’ruħek kollha, u b’moħħok kollu”. Dan hu l-kmandament il-kbir u l-ewwel wieħed… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 20 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 36, 23-28
Salm: 50 (51), 12-13.14-15.18-19

L-Evanġelju: Mt 22, 1-14

F’dak iż-żmien, Ġesù raġa’ qabad ikellem lill-kbarat tal-qassisin u lill-fariżej bil-parabboli u qalilhom: “Is-Saltna tas-smewwiet tixbah lil wieħed sultan li għamel festa għat-tieġ ta’ ibnu. U bagħat għall-mistednin mal-qaddejja tiegħu biex jiġu għall-festa; imma dawk ma ridux jiġu. U reġa’ bagħat qaddejja oħra, u qalilhom: “Għidu lill-mistednin: Ara, il-mejda tiegħi lesta; il-barrin u l-għoġiela msemmna diġà maqtula u kollox lest; ejjew għall-festa”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 19 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 34, 1-11
Salm: 22 (23), 1-3a.3b-4.5.6

L-Evanġelju: Mt 20, 1-16a

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu din il-parabbola: “Ara, is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil wieħed sid li ħareġ filgħodu kmieni ħafna biex isib nies tax-xogħol u jħaddimhom fl-għalqa tiegħu tad-dwieli. Ftiehem ma’ xi ħaddiema b’dinar kuljum u bagħathom l-għalqa. Ħareġ ukoll madwar it-tielet siegħa, ra oħrajn qegħdin fil-pjazza, bla xogħol, u qalilhom: “Morru intom ukoll l-għalqa, u nagħtikom li jkun ħaqqkom”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 18 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 28, 1-10
Salm: Dewt 32, 26-27ab.27ċd-28.30.35ċd-36ab

L-Evanġelju: Mt 19, 23-30

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: “Tassew ngħidilkom li l-għani se jsibha iebsa biex jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet! Iva, nerġa’ ngħidilkom, eħfef li ġemel jgħaddi minn għajn ta’ labra milli wieħed għani jidħol fis-Saltna tas-Smewwiet”.

Id-dixxipli stagħġbu ħafna meta semgħu dan, u qalu: “Mela min jista’ jsalva?”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 17 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 24, 15-24
Salm: Dewt 32, 18-19.20.21

L-Evanġelju: Mt 19, 16-22

F’dak iż-żmien, resaq wieħed fuq Ġesù u qallu: “Mgħallem, x’għandi nagħmel tajjeb biex nikseb il-ħajja ta’ dejjem?”. U Ġesù qallu: “Għax tistaqsini fuq it-tajjeb? Wieħed hu t-Tajjeb. Jekk int trid tidħol fil-ħajja, ħares il-kmandamenti”. “Liema?” staqsieh dak. U Ġesù wieġbu: “La toqtolx, la tiżnix, la tisraqx, la tixhidx fil-falz, weġġaħ lil missierek u ’l ommok, u ħobb lil għajrek bħalek innifsek”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-Ħadd: 16 ta’ Awwissu

L-Għoxrin Ħadd taż-Żmien ta’ Matul is-Sena
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Is 56, 1.6-7
Salm: 66 (67), 2-3.5.6.8
It-Tieni Qari: Rum 11, 13-15.29-32

L-Evanġelju: Mt 15, 21-28

F’dak iż-żmien, Ġesù telaq lejn Tir u Sidon. U ħarġet waħda mara Kangħanija minn dawk l-inħawi, u qabdet tgħajjat u tgħid: “Ħenn għalija, Mulej, Bin David; binti għandha fiha xitan, u magħdura ħafna!”… Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 15 ta’ Awwissu

L-Imqaddsa Marija Mtellgħa s-Sema – Solennità
Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Apok 11, 19a, 12: 1-6a. 10ab
Salm: 44, 10bċ.11-12ab.16
It-Tieni Qari: 1 Kor 15, 20-26

L-Evanġelju: Lq 1, 39-56

F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn il-għoljiet, f’belt tal-Lhudija. Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet ’il Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fi ħdanha, u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet: “Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 14 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 16, 1-15.60.63
Salm: Iż 12, 2-3.4bċd.5-6

L-Evanġelju: Mt 19, 3-12

F’dak iż-żmien, resqu fuq Ġesù xi Fariżej biex iġarrbuh, u qalulu: “Jista’ wieħed jitlaq lil martu fuq xi ħaġa, tkun xi tkun?”. Iżda hu qalilhom: “Ma qrajtux li sa mill-bidu l-Ħallieq għamilhom raġel u mara, u qal: “Minħabba f’hekk raġel iħalli lil missieru u ’l ommu u jingħaqad ma’ martu u t-tnejn isiru ġisem wieħed”? … Kompli aqra »

L-Evanġelju tal-jum: 13 ta’ Awwissu

Qari tal-jum

L-Ewwel Qari: Eżek 12, 1-12
Salm: 77 (78), 56-57.58-59.61-62

L-Evanġelju: Mt 18, 21 – 19, 1

F’dak iż-żmien, Pietru resaq lejn Ġesù u qallu: “Mulej, xi kemm-il darba jrid jonqosni ħija biex jiena naħfirlu? Sa seba’ darbiet?”. U Ġesù wieġbu: “Ma ngħidlikx sa seba’ darbiet, imma sa sebgħa u sebgħin darba. Għalhekk is-Saltna tas-Smewwiet nistgħu nxebbhuha ma’ wieħed sultan, li ried jagħmel il-kontijiet mal-qaddejja tiegħu… Kompli aqra »